Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0175

    Kawża C-175/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fit- 2 ta’ April 2010 — Pietro Calogero vs Ministero dell’Interno

    ĠU C 161, 19.6.2010, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/33


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (l-Italja) fit-2 ta’ April 2010 — Pietro Calogero vs Ministero dell’Interno

    (Kawża C-175/10)

    (2010/C 161/49)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Pietro Calogero

    Konvenut: Ministero dell’Interno

    Domandi preliminari

    Leġiżlazzjoni nazzjonali (introdotta permezz tad-Digriet Bersani, Digriet-Liġi Nru 223 tal-4 ta’ Lulju 2006, li ġie implementat permezz tal-Liġi Nru 248 tal-4 ta’ Awwissu 2006) li tirregola “sistema nazzjonali […] li tipprovdi fost oħrajn:

    (a)

    l-eżistenza ta’ qafas ġenerali ta’ protezzjoni tas-sidien ta’ konċessjonijiet maħruġa preċedentement u wara proċedura ta’ sejħa għal offerti li eskludiet parti mill-operaturi b’mod illegali;

    (b)

    il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu ż-żammade facto tal-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba (bħal pereżempju l-projbizzjoni għall-konċessjonarji l-ġodda milli jistabbilixxu l-fergħat tagħhom ħdejn dawk diġà stabbiliti, mingħajr ma tiġi osservata distanza minima speċifika);

    (ċ)

    il-previżjoni ta’ ipoteżi ta’ dekadenza tal-konċessjoni fil-każ li l-konċessjonarju jopera direttament jew indirettament attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jkun l-istess bħal-logħob li huwa s-suġġett tal-konċessjoni”;

    hija kompatibbli mal-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE?


    Top