Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0155

    Kawża C-155/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fit- 2 ta’ April 2010 — Williams et vs British Airways plc

    ĠU C 161, 19.6.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fit-2 ta’ April 2010 — Williams et vs British Airways plc

    (Kawża C-155/10)

    (2010/C 161/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court of the United Kingdom

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Williams et

    Konvenuta: British Airways plc

    Domandi preliminari

    (i)

    Taħt (a) l-Artikoli 7 tad-Direttivi tal-Kunsill 93/104/KE (1) u 2003/88/KE (2) u (b) il-klawżola 3 tal-Ftehim Ewropew anness mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE (3): (1) sa fejn, jekk inhu l-każ, id-dritt Ewropew jiddefinixxi jew jistipula rekwiżiti fir-rigward tan-natura u/jew il-livell tal-ħlas meħtieġa fir-rigward tal-perijodi ta’ leave annwali bi ħlas; u (2) sa fejn, jekk inhu l-każ, jistgħu l-Istati Membri jiddeterminaw kif dan il-ħlas għandu jiġi kkalkolat?

    (ii)

    B’mod partikolari, huwa biżżejjed li, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew il-prattika u/jew il-ftehim kollettivi u/jew l-arranġamenti kuntrattwali nnegozjati bejn min iħaddem u l-ħaddiema, il-ħlas li jsir jippermetti u jinkoraġġixxi lill-ħaddiem sabiex jieħu u jgawdi, fis-sens sħiħ ta’ dan il-kliem, il-leave annwali tiegħu; u ma jinvolvix xi riskju sinjifikattiv li l-ħaddiem ma jagħmilx dan?

    (iii)

    Jew huwa meħtieġ li l-ħlas ikun (a) ekwivalenti b’mod preċiż għal, jew (b) paragunabbli mal-paga “normali” tal-ħaddiem?

    Barra minn hekk, fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda (iii)(a) jew (b):

    (iv)

    Il-miżura rilevanti jew paragun hija (a) paga li l-ħaddiem kien jirċievi matul il-perijodu partikolari ta’ leave kieku kien qed jaħdem, u mhux bil-leave, jew (b) paga li huwa kien qed jirċievi matul xi perijodu ieħor, u f’dan il-każ liema, meta huwa kien qed jaħdem?

    (v)

    Kif għandha l-paga “normali” jew “paragunabbli” tiġi evalwata f’ċirkustanzi (a) fejn ikun hemm żieda mas-salarju ta’ ħaddiem meta qed jaħdem, kemm-il darba u sa fejn huwa jimpenja ruħu f’attività partikolari, (b) fejn ikun hemm limitu annwali jew limitu ieħor sa fejn jew sa kemm, il-ħaddiem jista’ jimpenja ruħu f’dik l-attività, u dak il-limitu jkun diġà nqabeż jew kważi nqabeż fiż-żmien meta l-leave annwali jittieħed, biex b’hekk il-ħaddiem ma kienx fil-fatt jitħalla jimpenja ruħu f’dik l-attività li kieku kien qed jaħdem, u mhux bil-leave?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197)

    (2)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ l-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)

    (3)  Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA) Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 75)


    Top