EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0152

Kawża C-152/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fil- 31 ta’ Marzu 2010 — Unomedical A/S vs Skatteministeriet

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fil-31 ta’ Marzu 2010 — Unomedical A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-152/10)

2010/C 148/31

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unomedical A/S

Konvenut: Skatteministeriet (il-Ministeru Daniż tat-Taxxa)

Domandi preliminari

(1)

Borża tad-dijalisi, immanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal apparat ta’ dijalisi u tista’ tintuża biss permezz tiegħu, għandha tiġi klassifikata taħt

il-Kapitolu 90, fis-subintestatura 9010 90 30, bħala “bċejjeċ” u/jew “aċċessorju” għal apparat ta’ dijalisi,

jew

il-Kapitolu 39, fis-subintestatura 3926 90 99 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala plastik u oġġetti tiegħu?

(2)

Borża li titbattal fiha l-awrina, mmanifatturata mill-plastik, li hija ddisinjata speċifikament għal kateter u konsegwentement tista’ tintuża biss — u fil-fatt hija użata biss — permezz ta’ katerer, għandha tiġi klassifikata taħt

il-Kapitolu 90, fis-subintestatura 9018399030, bħala “bċejjeċ” u/jew “aċċessorju” għal kateter,

jew

il-Kapitolu 39, fis-subintestatura 3926 90 99 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala plastik u oġġetti tiegħu?


Top