Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0129

    Kawża C-129/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil- 11 ta’ Marzu 2010 — Amaltheia I Naftiki Etaireia vs Ypourgos Emporikis Naftilias

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/26


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fil-11 ta’ Marzu 2010 — Amaltheia I Naftiki Etaireia vs Ypourgos Emporikis Naftilias

    (Kawża C-129/10)

    2010/C 134/39

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Amaltheia I Naftiki Etaireia

    Konvenuta: Ypourgos Emporikis Naftilias

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10), interpretati skont il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jippermettu l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li bis-saħħa tagħhom is-sidien tal-bastimenti ma jistgħux jipprovdu servizzi ta’ kabotaġġ marittimu ħlief wara li jkunu kisbu awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel, mogħtija fil-kuntest ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni li għandha l-għan, fost oħrajn, li tivverifika jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni eżistenti f’port speċifiku, l-iskedi ddikjarati minn sid ta’ bastiment jistgħux jiġu operati f’kundizzjonijiet li jiggarantixxu s-sigurtà tal-vapur u l-osservanza tal-ordni fil-port u jekk il-vapur li jopera servizz regolari jistax jidħol f’port speċifiku mingħajr ostaklu fil-ħin li sid il-bastiment ikun iddikjara bħala l-aħjar ħin sabiex iwettaq servizz speċifiku, mingħajr, madankollu, ma jkun hemm definizzjoni minn qabel, permezz ta’ dispożizzjoni legali, tal-kriterji li abbażi tagħhom l-awtoritajiet jiddeċiedu dwar dawn il-kwistjonijiet, b’mod partikolari, fil-każ fejn diversi sidien tal-bastimenti jkunu jixtiequ jidħlu fl-istess port fl-istess ħin?


    Top