Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0116

Kawża C-116/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fit- 3 ta’ Marzu 2010 — L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Pierre Feltgen (kuratur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Bacino Charter Company SA), Bacino Charter Company SA

ĠU C 113, 1.5.2010, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fit-3 ta’ Marzu 2010 — L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Pierre Feltgen (kuratur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Bacino Charter Company SA), Bacino Charter Company SA

(Kawża C-116/10)

2010/C 113/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Administration de l’enregistrement et des domaines

Konvenuti: Pierre Feltgen (kuratur fil-proċedura ta’ falliment ta’ Bacino Charter Company SA), Bacino Charter Company SA

Domanda preliminari

Jistgħu servizzi mogħtija mill-proprjetarju ta’ bastiment li jipprovdih bi ħlas, flimkien ma’ ekwipaġġ, għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi għall-finijiet ta’ vjaġġi ta’ divertiment fl-ibħra miftuħa għall-klijenti tagħhom, jiġu eżentati skont l-Artikolu 15(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), jekk dawn is-servizzi huma kkunsidrati fl-istess ħin kemm bħala kiri ta’ bastiment u kif ukoll bħala servizz ta’ trasport?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


Top