Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0097

    Kawża C-97/10, Kawża C-98/10, Kawża C-99/10: Talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance de Dax (Franza) fit- 22 ta’ Frar 2010 fil-kawżi — AG2R Prévoyance vs Bourdil SARL — AG2R Prévoyance vs Société boucalaise de boulangerie SARL — AG2R Prévoyance vs Baba-Pom SARL

    ĠU C 113, 1.5.2010, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 113/29


    Talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance de Dax (Franza) fit-22 ta’ Frar 2010 fil-kawżi — AG2R Prévoyance vs Bourdil SARL — AG2R Prévoyance vs Société boucalaise de boulangerie SARL — AG2R Prévoyance vs Baba-Pom SARL

    ((Kawża C-97/10) - (Kawża C-98/10) - (Kawża C-99/10))

    2010/C 113/45

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal d’instance de Dax

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: AG2R Prévoyance

    Konvenuti: Bourdil SARL, Société boucalaise de boulangerie SARL, Baba-Pom SARL

    Domanda preliminari

    Ftehim kollettiv wiesa’ li jagħti dritt esklużiv ta’ amministrazzjoni lil sistema unika ta’ rimbors komplementari tal-ispejjeż tas-saħħa (f’dan il-każ, l-Institut AG2R Prévoyance) jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82 KE meta dan il-ftehim ma jistabbilixxix, jew saħansitra jeskludi espressament, kull eżenzjoni mill-affiljazzjoni mal-imsemmija sistema (bil-kundizzjoni li r-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni ma jostakolawx l-applikazzjoni tal-inkarigu mogħti lill-Institut AG2R Prévoyance)?


    Top