EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0054

Kawża C-54/10 P: Appell ippreżentat fit- 2 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fid- 19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-64/07 sa T-66/07, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350)

ĠU C 113, 1.5.2010, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/18


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2010 minn Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fid-19 ta’ Novembru 2009 fil-Kawżi magħquda T-64/07 sa T-66/07, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (350)

(Kawża C-54/10 P)

2010/C 113/27

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. (rappreżentant: D. Rzążewska)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tad-19 ta’ Novembru 2009, fil-Kawżi magħquda T-64/07 sa T-66/07;

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid; u

tornda lill-UASI jbati l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), għaliex meta ddikjarat li t-trade marks tal-appellanti ma jistgħux jiġu rreġistrati, hija applikat kriterji legali żbaljati.

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 7(1)(ċ) jew l-Artikolu 76 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja jew iż-żewġ dispożizzjonijiet, peress illi ma tteħditx inkunsiderazzjoni, b’mod adegwat, il-prassi tal-UASI dwar ir-reġistrazzjoni ta’ sinjali li jikkonsistu f’ċifri jew li jirreferu għall-kontenut ta’ pubblikazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


Top