This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0490
Judgment of the Court (Second Chamber), 6 September 2012.#European Parliament v Council of the European Union.#Action for annulment — Regulation (EU, Euratom) No617/2010 — Notification to the Commission of investment projects in energy infrastructure within the European Union — Choice of legal basis — Article 337 TFEU and Article 187 EA — Article 194 TFEU.#Case C‑490/10.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012.
Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Rikors għal annullament — Regolament (UE, Euratom) Nru 617/2010 — Notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment dwar l-infrastrutturi tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea — Għażla tal-bażi legali — Artikoli 337 TFUE u 187 KEEA — Artikolu 194 TFUE.
Kawża C-490/10.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012.
Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Rikors għal annullament — Regolament (UE, Euratom) Nru 617/2010 — Notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment dwar l-infrastrutturi tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea — Għażla tal-bażi legali — Artikoli 337 TFUE u 187 KEEA — Artikolu 194 TFUE.
Kawża C-490/10.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:525
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
6 ta’ Settembru 2012 ( *1 )
“Rikors għal annullament — Regolament (UE, Euratom) Nru 617/2010 — Notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment dwar l-infrastrutturi tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea — Għażla tal-bażi legali — Artikoli 337 TFUE u 187 KEEA — Artikolu 194 TFUE”
Fil-Kawża C-490/10,
li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010,
Il-Parlament Ewropew, irrappreżentat minn M. Gómez-Leal kif ukoll minn J. Rodrigues u L. Visaggio, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
rikorrent,
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn M. Simm u A. Lo Monaco, bħala aġenti,
konvenut,
sostnut minn:
Ir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata minn G. de Bergues u A. Adam, bħala aġenti,
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn P. Oliver u O. Beynet, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,
intervenjenti,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, U. Lõhmus, A. Rosas, A. Ó Caoimh (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-18 ta’ April 2012,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
Permezz tar-rikors tiegħu, il-Parlament Ewropew jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010, tal-24 ta’ Ġunju 2010, dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 (ĠU L 180, p. 7, iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”), u min-naħa l-oħra, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla dan ir-regolament, iżżomm fis-seħħ l-effetti tiegħu sakemm jiġi adottat regolament ġdid. |
Il-kuntest ġuridiku
2 |
Il-premessi 1 sa 5, 7, 8, 11 u 15 tar-regolament ikkontestat huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
|
3 |
L-Artikolu 1 tar-regolament ikkontestat, intitolat “Suġġett u ambitu”, jipprovdi li: “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għan-notifika lill-Kummissjon ta’ data u informazzjoni dwar proġetti ta’ investiment fl-infrastruttura tal-enerġija fis-setturi taż-żejt, tal-gass naturali, tal-elettriċità, inkluż elettriċità minn sorsi rinovabbli, u tal-bijokarburanti, u dwar proġetti ta’ investiment relatati mal-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li dawn is-setturi jipproduċu. 2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proġetti ta’ investiment tat-tipi elenkati fl-Anness li fuqhom inbdiet ħidma ta’ kostruzzjoni jew dekummissjonar jew li fuqhom ittieħdet deċiżjoni finali dwar l-investiment. […]” |
4 |
L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Definizzjonijiet” jistabbilixxi b’mod partikolari li, għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
5 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat “Notifika tad-data”, jipprovdi li: “1. Filwaqt li jżommu piż proporzjonat tal-ġbir u r-rappurtar tad-data, l-Istati Membri jew l-entitajiet li lilhom ikunu ddelegaw dan il-kompitu għandhom jikkompilaw id-data u l-informazzjoni kollha speċifikati f’dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2011 u minn dakinhar ’il quddiem kull sentejn. Huma għandhom jinnotifikaw id-data aggregata u l-informazzjoni rilevanti għall-proġett speċifikati f’dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fl-2011, fejn dik is-sena tkun l-ewwel sena ta’ rappurtar, u minn dakinhar ’il quddiem kull sentejn. […] […] 2. L-Istati Membri jew l-entitajiet delegati tagħhom huma eżenti mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1, dment li, u sal-punt li, skont il-liġi tal-Unjoni speċifika għas-settur tal-enerġija jew skont it-Trattat Euratom:
|
6 |
Skont l-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat “Sorsi tad-data”: “L-impriżi kkonċernati għandhom jinnotifikaw id-data jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 lill-Istati Membri, jew lill-entitajiet delegati tagħhom, fejn qed jippjanaw li jwettqu proġetti ta’ investiment fit-territorju tagħhom qabel l-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena ta’ rappurtar. […] L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-impriżi fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li juża mezzi oħra biex jipprovdi lill-Kummissjoni bid-data jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3.” |
7 |
L-Artikolu 5 tar-regolament ikkontestat, bit-titolu “Kontenut tan-notifika”, jipprovdi li: “1. Fir-rigward tal-proġetti ta’ investiment tat-tipi elenkati fl-Anness, in-notifika prevista fl-Artikolu 3 għandha tindika fejn adatt:
2. Fir-rigward ta’ kwalunkwe dekummissjonar propost ta’ kapaċitajiet, in-notifika prevista fl-Artikolu 3 għandha tindika:
3. Kwalunkwe notifika skont l-Artikolu 3 għandha tinkludi fejn adatt il-volum totali tal-kapaċitajiet installati tal-produzzjoni, it-trasmissjoni u l-ħżin li jkunu fis-seħħ fil-bidu tas-sena ta’ rappurtar ikkonċernata jew li l-operazzjoni tagħhom tiġi interrotta għal perijodu li jeċċedi t-tliet snin. L-Istati Membri, l-entitajiet delegati tagħhom jew il-korp speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) jistgħu jżidu man-notifiki tagħhom kummenti rilevanti, bħal kummenti dwar dewmien jew ostakli għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ investiment.” |
8 |
Intitolat “Kwalità u pubbliċità tad-data”, l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi li: “1. L-Istati Membri, l-entitajiet delegati tagħhom jew, fejn adatt, il-korpi speċifiċi għandhom ikollhom l-għan li jiżguraw il-kwalità, ir-rilevanza, l-akkuratezza, iċ-ċarezza, il-puntwalità u l-koerenza tad-data u l-informazzjoni li jinnotifikaw lill-Kummissjoni. F’każ ta’ korpi speċifiċi, id-data u l-informazzjoni nnotifikati jistgħu jkunu akkumpanjati b’kummenti mill-Istati Membri. 2. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika data u informazzjoni ppreżentati skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari fl-analiżijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3), sakemm id-data u l-informazzjoni jiġu ppubblikati f’forma aggregata u ma jinkixef jew ma jkun jista’ jiġi inferit l-ebda dettall dwar impriżi u installazzjonijiet individwali. 3. L-Istati Membri, il-Kummissjoni, jew l-entitajiet delegati tagħhom għandhom kull wieħed minnhom iħarsu l-kunfidenzjalità ta’ data u informazzjoni kummerċjalment sensittivi fil-pussess tagħhom.” |
9 |
L-Artikolu 7 tar-regolament ikkontestat jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta’ Ottubru 2010, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ dan ir-regolament, rigward il-forma u dettalji tekniċi oħra tan-notifika tad-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 3 u 5. |
10 |
Skont l-Artikolu 8 tar-regolament ikkontestat, intitolat “Ipproċessar tad-data”: “Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp, l-ilqugħ, il-ġestjoni u l-manutenzjoni tar-riżorsi tal-IT meħtieġa biex jiġi riċevut, jinħażen u jitwettaq kwalunkwe pproċessar tad-data jew informazzjoni dwar l-infrastruttura tal-enerġija nnotifikati lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.” |
11 |
L-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data”, jipprovdi li: “Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, ma jbiddilx l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, kif stipulat bid-Direttiva 95/46/KE, jew l-obbligi li huma d-dmir tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tad-data personali li huma jipproċessaw tul it-twettiq ta’ dmirijiethom.” |
12 |
L-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament, intitolat “Monitoraġġ u rappurtar”, jipprovdi fis-subparagrafu 1 tiegħu li: “Abbażi tad-data u l-informazzjoni ppreżentati u, jekk ikun adatt, ta’ kwalunkwe sors ta’ data ieħor inkluż ix-xiri tad-data mill-Kummissjoni, u b’kont meħud tal-analiżijiet rilevanti bħall-pjanijiet pluriennali ta’ żvilupp ta’ netwerk għall-gass u l-elettriċità, il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u għandha tippubblika kull sentejn analiżi transsettorjali tal-evoluzzjoni strutturali u l-perspettivi tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni. Din l-analiżi għandu jkollha l-għan b’mod partikolari li:
Abbażi ta’ din id-data u l-informazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi wkoll kwalunkwe analiżi speċifika meqjusa meħtieġa u adatta.” |
13 |
Skont l-Artikolu 13 tar-regolament ikkontestat, dan tal-aħħar daħal fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li seħħet fil-15 ta’ Lulju 2010. |
14 |
L-Anness għal dan ir-Regolament, intitolat “PROĠETTI TA’ INVESTIMENT”, jipprovdi, b’mod partikolari:
[…]” |
Il-fatti li wasslu għall-kawża
15 |
Fis-17 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni bagħtet lill-Kunsill proposta ta’ regolament intiża li tissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96, tat-22 ta’ April 1996, dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment ta’ interess Komunitarju fis-setturi taż-żejt, tal-gass naturali u tal-elettriċità (ĠU L 102, p. 1). Din il-proposta kienet ibbażata fuq l-Artikoli 284 KE u 187 KEEA. Anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jinvolvu bl-ebda mod il-Parlament fil-proċedura deċiżjonali, il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta dan tal-aħħar, kif kien għamel fl-adozzjoni tar-Regolament Nru 736/96. |
16 |
Wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Diċembru 2009, tat-Trattat ta’ Lisbona, il-President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija tal-Parlament stieden, permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Diċembru 2009, il-membru tal-Kumitat inkarigat bil-qasam tal-enerġija sabiex jeżamina mill-ġdid l-għażla tal-bażi legali ta’ din il-proposta, b’mod li din tkun issa bbażata fuq l-Artikolu 194 TFUE. Dan wieġeb li l-Artikolu 284 KE, li sar l-Artikolu 337 TFUE, u l-Artikolu 187 KEEA, billi ma ġewx affettwati mit-Trattat ta’ Lisbona, għadhom jikkostitwixxu l-bażi legali li għandha tinżamm fil-qasam ta’ notifika ta’ informazzjoni. |
17 |
Fil-25 ta’ Frar 2010, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar opinjoni fuq din il-proposta, li l-emenda Nru 1 tagħha kienet intiża sabiex l-Artikolu 194(1) u (2) TFUE jissostitwixxi l-Artikoli 337 TFUE u 187 KEEA bħala bażi legali. |
18 |
Il-Kunsill ma emendax il-proposta ta’ regolament fuq dan il-punt u, fl-24 ta’ Ġunju 2010, adotta r-regolament ikkontestat abbażi tal-Artikoli 337 TFUE u 187 KEEA. |
19 |
Peress li qies li dan ir-regolament kellu jiġi adottat biss fuq il-bażi tal-Artikolu 194(1) u (2) TFUE, il-Parlament ippreżenta dan ir-rikors għal annullament. |
It-talbiet tal-partijiet
20 |
Il-Parlament jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
21 |
Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
22 |
Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ April 2011, intlaqgħu t-talbiet tar-Repubblika Franċiża u tal-Kummissjoni sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill. |
Fuq ir-rikors
L-argumenti tal-partijiet
23 |
Il-Parlament iqajjem motiv uniku ta’ annullament, ibbażat fuq l-iżball fl-għażla tal-bażi legali tar-regolament ikkontestat, inkwantu dan ġie adottat b’mod żbaljat abbażi tal-Artikolu 337 TFUE, filwaqt li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien jiddisponi mis-setgħat neċessarji għal dawn il-finijiet skont l-Artikolu 194(2) TFUE. Dan l-iżball għandu jwassal għall-annullament tal-imsemmi regolament, peress li l-Parlament seta’ jipparteċipa biss fl-adozzjoni tiegħu fil-limiti ta’ sempliċi konsultazzjoni, filwaqt li, skont din l-aħħar dispożizzjoni, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja kellha tiġi segwita. |
24 |
Skont il-Parlament, l-għan prinċipali tar-regolament ikkontestat jikkonsisti fil-kontribuzzjoni sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija, elenkati fl-Artikolu 194(1) TFUE, speċifikament għal dak li jirrigwarda s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. |
25 |
Inkwantu għall-kontenut ta’ dan ir-regolament, il-Parlament isostni li mill-Artikolu 10(1) tiegħu jirriżulta li l-Kummissjoni hija inkarigata, abbażi tal-informazzjoni trażmessa skont l-imsemmi regolament, li telabora perjodikament analiżi transsettorjali tal-evoluzzjoni strutturali u tal-perspettivi tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni, bil-għan li, b’mod partikolari, tidentifika nuqqasijiet futuri potenzjali bejn il-provvista u d-domanda tal-enerġija li huma sinjifikattivi minn perspettiva ta’ politika tal-enerġija tal-Unjoni u żżid it-trasparenza għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija u għal dawk li potenzjalment jidħlu fis-suq. Issa, il-funzjonament ta’ dan is-suq, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma fost l-objettivi msemmija fl-Artikolu 194(1) TFUE. Il-ġbir ta’ informazzjoni organizzat minn dan l-istess regolament jikkostitwixxi biss għodda sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi. |
26 |
Il-Parlament ma jikkontestax il-fatt li huwa possibbli li l-Artikolu 337 TFUE jintuża bħala bażi legali ġenerali għal dak li jirrigwarda l-miżuri dwar il-ġbir ta’ informazzjoni. Madankollu, billi jirreferi għas-sentenzi tas-6 ta’ Lulju 1982, Franza et vs Il-Kummissjoni (188/80 sa 190/80, Ġabra p. 2545), kif ukoll tad-9 ta’ Novembru 1995, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (C-426/93, Ġabra p. I-3723), huwa jsostni li, meta tali ġbir jissodisfa speċifikament l-għanijiet ta’ waħda mill-politiki tal-Unjoni, tali bażi ġenerali ma tibqax tapplika fil-każ ta’ bażi speċifika li tikkorrispondi għal dawn l-għanijiet. |
27 |
F’kull każ, anki jekk wieħed jassumi li l-Artikolu 337 TFUE jista’ leġittimament jintuża, f’dan il-każ, bl-istess mod bħall-Artikolu 194(2) TFUE, il-Parlament, billi jinvoka s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 1991, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C-300/89, Ġabra p. I-2867, punt 20), isostni li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-bażi legali għandha tirbaħ fuq tal-ewwel, peress li tinvolvi iktar mill-viċin lill-Parlament fl-adozzjoni tal-att inkwistjoni. |
28 |
Għal dak li jirrigwarda l-użu addizzjonali tal-Artikolu 187 KEEA, il-Parlament isostni li tali użu ma kienx neċessarju. Fil-fatt, għad-differenza tal-Artikolu 40 KEEA, il-mekkaniżmu ta’ ġbir ta’ informazzjoni stabbilit mir-regolament ikkontestat ma jaqax fl-ambitu ta’ objettiv ta’ promozzjoni jew ta’ koordinazzjoni tal-investimenti fil-qasam nukleari. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament, in-notifika ta’ data dwar is-settur nukleari hija neċessarja biss fil-każ fejn din id-data ma tkunx ġiet trażmessa diġà lill-Kummissjoni skont it-Trattat KEEA. L-imsemmi regolament ma jirrigwardax għalhekk l-adozzjoni ta’ miżuri intiżi speċifikament għall-iżvilupp tas-settur nukleari. |
29 |
F’kull każ, anki jekk wieħed jassumi li l-użu tal-Artikolu 187 KEEA huwa obbligatorju fid-dawl tal-għan intiż mir-regolament ikkontestat u tal-kontenut ta’ dan tal-aħħar, il-Parlament isostni li l-użu kemm tal-Artikolu 187 KEEA kif ukoll tal-Artikolu 194(2) TFUE huwa possibbli, peress li dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ma humiex inkompatibbli fuq il-livell proċedurali. Skont is-sentenza tas-6 ta’ Novembru 2008, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C-155/07, Ġabra p I-8103, punt 79), il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tkun applikabbli f’dak il-każ, għaliex l-Artikolu 194(2) TFUE jipprovdi għal parteċipazzjoni ikbar mill-Parlament. L-iżball imwettaq mill-Kunsill fuq dan il-punt iwassal, konsegwentement, għal irregolarità purament formali sa fejn hija ma taffettwax l-għażla tal-proċedura deċiżjonali applikabbli. |
30 |
Fl-aħħar nett, il-Parlament jindika li huwa ma huwiex kuntrarju għall-fatt li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla r-regolament ikkontestat, hija iżżomm fis-seħħ l-effetti ta’ dan tal-aħħar, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, peress li dan la ma jmur kontra l-għan li dan ir-regolament jipprova jilħaq u lanqas kontra l-mezzi stabbiliti għal dan l-iskop, ikkunsidrati fl-intier tagħhom. |
31 |
Il-Kunsill, sostnut mir-Repubblika Franċiża u mill-Kummissjoni, jikkontesta l-allegazzjoni li tgħid li r-regolament ikkontestat għandu bħala għan li jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija. Fil-fatt, skont l-Artikolu 1(1) tiegħu, dan ir-regolament għandu bħala għan li jistabbilixxi qafas komuni għan-notifika lill-Kummissjoni ta’ data u informazzjoni dwar proġetti ta’ investiment fl-infrastrutturi tal-enerġija. Għalhekk, l-għan ta’ dan ir-regolament huwa li jippermetti lill-Kummissjoni li jkollha b’mod regolari data aġġornata sabiex twettaq il-kompiti tagħha, sa fejn il-pussess ta’ informazzjoni affidabbli huwa essenzjali għal dan il-għan. Il-Parlament qed jikkonfondi, f’dan ir-rigward, l-għan tar-regolament ikkontestat mal-objettiv li għandu jintlaħaq sussegwentement permezz ta’ miżuri li jiġu proposti eventwalment mill-Kummissjoni abbażi tal-analiżi tal-informazzjoni hekk miġbura. L-għan ta’ dawn il-proposti futuri ma jikkostitwixxix element oġġettiv għall-finijiet tal-għażla tal-bażi legali tal-imsemmi regolament. |
32 |
Il-Kummissjoni tosserva, f’dan ir-rigward, li ġbir ta’ informazzjoni dwar l-investimenti fl-infrastrutturi tal-enerġija ma jistax jikkontribwixxi direttament sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-enerġija u għas-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni. Sabiex jagħmel dan, ikunu neċessarji miżuri ħafna iktar estiżi milli sempliċi ġbir ta’ informazzjoni, bħal, pereżempju, l-organizzazzjoni ta’ investimenti f’ċerti infrastrutturi, il-ħolqien ta’ sorsi ta’ finanzjament jew l-implementazzjoni ta’ qafas li jkun ta’ inċentiv għal dawn l-investimenti. |
33 |
Għal dak li jirrigwarda l-kontenut tar-regolament ikkontestat, il-Kunsill iqis li mill-Artikoli 3 sa 10 ta’ dan tal-aħħar jirriżulta b’mod ċar li n-notifika ta’ informazzjoni tikkostitwixxi l-unika element tiegħu, billi dan ir-regolament jistabbilixxi l-obbligu, għall-Istati Membri u għall-impriżi, li jiġbru d-data meħtieġa u li jittrażmettuha lill-Kummissjoni f’forma aggregata. B’mod partikolari, l-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament jiddefinixxi għal dan il-għan il-kompiti speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni kif ukoll il-modalitajiet ta’ użu u ta’ tixrid ta’ din id-data. |
34 |
Skont il-Kunsill, l-użu tal-Artikolu 337 TFUE jeżiġi li jkunu preżenti tliet elementi, jiġifieri, rispettivament, l-obbligu li l-informazzjoni tiġi trażmessa lill-Kummissjoni, l-istabbiliment tal-limiti u tal-kundizzjonijiet mill-Kunsill kif ukoll in-natura neċessarja tal-informazzjoni għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti fdati lill-Kummissjoni. Fid-dawl tal-Artikoli 3 u 4 tar-regolament ikkontestat, l-ewwel wieħed minn dawn l-elementi huwa manifestament preżenti. It-tieni wieħed huwa wkoll preżenti għaliex, fl-Artikoli 5 sa 9 tiegħu, dan ir-regolament jistabbilixxi l-limiti għal dak li jirrigwarda t-tip ta’ informazzjoni kkonċernata kif ukoll il-pubbliċità u l-ipproċessar tad-data, filwaqt li l-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament jiddefinixxi l-kompiti speċifiċi mogħtija lill-Kummissjoni kif ukoll il-modalitajiet ta’ użu u ta’ tixrid ta’ din id-data minnha. Il-Kunsill iżid li l-informazzjoni li l-Kummissjoni tista’ titlob għandha tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħha, li huma mniżżla speċifikament fl-Artikolu 10 tal-istess regolament u, f’termini iktar ġeneriċi, fl-Artikolu 17 TUE. |
35 |
Il-Kunsill josserva li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-punt 19 tas-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, li l-Artikolu 337 TFUE jikkostitwixxi l-bażi legali korretta għall-ġbir ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni, peress li din tal-aħħar għandha, permezz ta’ din id-dispożizzjoni, kompetenza ġenerali sabiex tiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħha. |
36 |
Il-Kunsill u r-Repubblika Franċiża jikkontestaw l-argument li jgħid li l-Artikolu 337 TFUE ma għandux japplika meta l-ġbir ta’ informazzjoni jirrigwarda waħda mill-politiki tal-Unjoni. Fil-fatt, il-fatt li att jikkonċerna l-qasam tal-enerġija ma huwiex biżżejjed sabiex jirrendi l-Artikolu 194 TFUE applikabbli. Għalhekk, f’dan il-każ, għalkemm ir-regolament ikkontestat jikkonċerna l-qasam tal-enerġija, jibqa’ l-fatt li l-effetti tiegħu fuq il-politika tal-enerġija tal-Unjoni huma biss indiretti u anċillari fir-rigward tal-għan prinċipali ta’ dan ir-regolament. |
37 |
Skont il-Kunsill, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni, l-interpretazzjoni ssuġġerita mill-Parlament twassal sabiex jitneħħa kull effett utli tal-Artikolu 337 TFUE, għaliex, skont il-prinċipju ta’ tqassim tal-kompetenzi, din id-dispożizzjoni tkun applikabbli biss fil-preżenza ta’ kompetenza tal-Unjoni. |
38 |
Il-Kunsill jenfasizza li l-eventwalità li dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat FUE jistgħu jibqgħu japplikaw fil-qasam tal-enerġija, minkejja l-introduzzjoni f’dan it-Trattat ta’ bażi legali li tirrigwarda l-politika tal-enerġija, hija prevista fl-Artikolu 194 TFUE stess, li japplika “[m]ingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati”. Dan ma japplikax biss għall-Artikolu 337 TFUE għal dak li jirrigwarda l-ġbir ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni, iżda wkoll, b’mod partikolari, għall-Artikolu 122 TFUE, li jawtorizza l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ miżuri xierqa fil-każ ta’ kriżi fil-provvista ta’ prodotti fil-qasam tal-enerġija, kif ukoll għall-Artikolu 170 TFUE, għal dak li jirrigwarda l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fis-setturi tal-infrastrutturi tal-enerġija, u għall-Artikolu 338 TFUE fil-qasam tal-istatistika. |
39 |
Il-Kunsill, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni jqisu li l-Artikoli 337 TFUE u 338 TFUE, li huma fost id-dispożizzjonijiet ġenerali u finali tat-Trattat FUE, għandhom natura ġenerali, fis-sens li huma applikabbli fl-oqsma kollha ta’ kompetenza tal-Unjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom, konsegwentement, jiġu kkunsidrati bħala iktar speċifiċi għal dak li jirrigwarda l-għanijiet tagħhom, billi huma intiżi, rispettivament, għall-istabbiliment ta’ statistika u għad-dritt ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni, meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan it-Trattat dwar politika settorjali. L-interpretazzjoni tas-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, li ta l-Parlament hija għalhekk żbaljata. |
40 |
Il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfasizzaw, f’dan ir-rigward, li, għalkemm id-data miġbura bis-saħħa tar-regolament ikkontestat tirrigwarda l-infrastrutturi tal-enerġija, hija tista’ tintuża mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10(1) tiegħu, mhux biss fil-kuntest tal-politika tal-enerġija, iżda wkoll fil-konfront tal-politiki kollha tagħha, bħall-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fis-setturi tal-infrastrutturi tal-enerġija, tal-kompetizzjoni, tal-libertà ta’ stabbiliment, tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew tal-moviment liberu tal-kapital. |
41 |
Il-Kunsill, sostnut ukoll fuq dan il-punt mir-Repubblika Franċiża u mill-Kummissjoni, iqis li l-użu tal-Artikolu 187 KEEA bħala bażi legali supplimentari tar-regolament ikkontestat huwa wkoll iġġustifikat, peress li ċ-ċentrali nukleari jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Għalkemm l-Artikolu 41 KEEA jobbliga lill-impriżi jikkomunikaw il-proġetti tagħhom lill-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tevalwa kull proġett individwalment, l-Artikolu 187 KEEA jikkostitwixxi l-bażi legali li tagħti l-Kummissjoni s-setgħa li titlob l-informazzjoni li hija tqis neċessarja għat-twettiq tal-kompiti kollha tagħha. Issa, il-proċeduri previsti fl-Artikoli 337 TFUE u 187 KEEA huma kompatibbli u dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet flimkien ma jippreġudikawx il-prerogattivi tal-Parlament. |
42 |
Il-Kunsill iżid li l-parteċipazzjoni bejn wieħed u ieħor importanti ta’ istituzzjoni fir-redazzjoni ta’ att ma tistax tiddetermina l-għażla tal-bażi legali, liema għażla għandha tkun ibbażata esklużivament fuq l-għan u l-kontenut ta’ dan l-att. Il-proċedura segwita sabiex tittieħed deċiżjoni fuq att partikolari hija l-konsegwenza tal-bażi legali miżmuma u mhux viċi versa. |
43 |
Sussidjarjament, il-Kunsill jitlob li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi tannulla r-regolament ikkontestat, l-effetti tiegħu jinżammu fis-seħħ sakemm jiġi adottat att ġdid. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
44 |
Skont ġurisprudenza kostanti, l-għażla tal-bażi legali ta’ att Komunitarju għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi li jistgħu jwasslu għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom hemm, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att, u mhux fuq il-bażi legali miżmuma għall-adozzjoni ta’ atti Komunitarji oħra li jippreżentaw, skont il-każ, karatteristiċi simili. Barra minn hekk, meta fit-Trattat teżisti dispożizzjoni aktar speċifika li tista’ tikkostitwixxi l-bażi legali tal-att inkwistjoni, dan għandu jkun ibbażat fuq din id-dispożizzjoni (sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
45 |
Jekk l-eżami ta’ miżura juri li għandha żewġ għanijiet jew li għandha żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawn l-għanijiet jew komponenti tagħha huwa identifikabbli bħala prinċipali, filwaqt li l-ieħor huwa biss anċillari, l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti (sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
46 |
Fir-rigward ta’ miżura li tipprova tilħaq fl-istess ħin diversi objettivi jew li għandha diversi komponenti li huma marbuta b’mod li ma jistgħux jinfirdu minn xulxin, mingħajr ma wieħed ikun anċillari għall-ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta dispożizzjonijiet differenti tat-Trattat KE jkunu applikabbli, tali miżura għandha tkun fondata, b’mod eċċezzjonali, fuq il-bażijiet legali korrispondenti differenti (sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
47 |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-użu ta’ bażi legali doppja huwa eskluż meta l-proċeduri previsti għal kull waħda minn dawn il-bażijiet legali huma inkompatibbli (sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
48 |
Sabiex tiġi evalwata l-fondatezza ta’ dan ir-rikors, huwa għalhekk neċessarju li jiġi eżaminat, l-ewwel nett, l-għan kif ukoll il-kontenut tar-regolament ikkontestat, sabiex jiġi ddeterminat, sussegwentement, jekk dan ir-regolament setax jiġi validament ibbażat, kif isostnu l-Kunsill, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni, fuq l-Artikolu 337 TFUE, minflok fuq l-Artikolu 194(2) TFUE, invokat mill-Parlament bħala bażi legali xierqa, sabiex wara jiġi eżaminat jekk l-użu supplimentari tal-Artikolu 187 KEEA kienx ukoll meħtieġ, liema fatt huwa kkontestat mill-Parlament. |
Fuq l-għan tar-regolament ikkontestat
49 |
Il-premessa 1 tar-regolament ikkontestat tipprovdi li dan tal-aħħar huwa intiż sabiex il-Kummissjoni tingħata informazzjoni preċiża dwar l-iżvilupp tal-investimenti fl-infrastrutturi tal-enerġija fl-Unjoni, sabiex tkun tista’ twettaq il-kompiti mogħtija lilha fil-qasam tal-enerġija, billi jadotta kull miżura rilevanti għal dak li jirrigwarda l-bilanċ futur bejn il-provvista u d-domanda tal-enerġija. |
50 |
Il-premessi 2 sa 5 u 8 sa 15 tar-regolament ikkontestat jippreċiżaw, f’dan ir-rigward, li l-objettiv li dan ir-regolament jixtieq jilħaq huwa, għalhekk, li jippermetti lill-Kummissjoni li tagħti analiżi tal-iżvilupp strutturali u tal-perspettivi tas-sistema kollha tal-enerġija tal-Unjoni sabiex, b’mod partikolari, jiġu identifikati n-nuqqasijiet li jista’ jkun hemm fl-infrastrutturi u fl-investimenti sabiex ikun jista’ jintlaħaq bilanċ bejn il-provvista u d-domanda u, għaldaqstant, tiġi żgurata l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, b’mod partikolari, billi tiġi stabbilita iktar trasparenza għal dak li jirrigwarda l-iżvilupp futur tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni, kif ukoll sabiex jiġu promossi l-effiċjenza u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija, b’mod partikolari billi tiġi żgurata t-tranżizzjoni lejn sistema tal-enerġija ta’ emissjonijiet baxxi tal-karbonju u billi jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda. |
51 |
Barra minn hekk, fil-preżentazzjoni tal-motivi tar-regolament ikkontestat li hemm fil-proposta ta’ regolament tal-Kunsill dwar in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment fl-infrastrutturi tal-enerġija fil-Komunità Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 736/96 [KOM(2009) 361 finali], il-Kummissjoni tenfasizza, għal dak li jirrigwarda l-motivazzjoni u l-objettivi tal-proposta tagħha, li hija taqa’ fil-kuntest tal-politika l-ġdida tal-enerġija intiża, b’mod partikolari, sabiex tiżgura s-sigurtà tal-provvista u ttaffi t-tibdil fil-klima. |
52 |
Minn dan jirriżulta b’mod ċar li, għalkemm huwa minnu li, kif isostnu l-Kunsill, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni, ir-regolament ikkontestat għandu bħala għan il-ġbir ta’ informazzjoni, dan l-għan ġie stabbilit minn dan ir-regolament sabiex l-Unjoni tkun tista’ tilħaq ċerti objettivi li ġew assenjati lilha fil-qasam tal-enerġija. |
Fuq il-kontenut tar-regolament ikkontestat
53 |
Għandu jiġi kkonstatat qabelxejn li diversi dispożizzjonijiet tar-regolament ikkontestat, meta jinqraw waħedhom, ma jidhrux li huma, fihom infushom, marbuta mal-implementazzjoni tal-objettivi assenjati lill-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija. |
54 |
Dan huwa l-każ tal-Artikolu 4 tar-regolament ikkontestat, li jillimita ruħu li jidentifika s-sors tad-data li għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni, jiġifieri l-impriżi li jkollhom l-intenzjoni li jwettqu proġetti ta’ investiment fl-infrastrutturi tal-enerġija, kif ukoll l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan ir-regolament, li jirrigwardaw, rispettivament, l-ipproċessar ta’ din id-data mill-Kummissjoni u l-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data. L-istess jista’ jingħad għall-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament li jirrigwarda l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri għall-implementazzjoni tal-istess regolament. Tali dispożizzjonijiet ġenerali jistgħu jiġu integrati f’kull att tal-Unjoni li jipprovdi sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni. |
55 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-kontenut ta’ dispożizzjonijiet oħra tar-regolament ikkontestat huma relatati b’mod strett mal-politika tal-enerġija tal-Unjoni. |
56 |
Għaldaqstant, mill-Artikolu 1 tar-regolament ikkontestat, moqri flimkien mad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, jirriżulta li dan tal-aħħar jipprevedi l-implementazzjoni ta’ qafas komuni għan-notifika lill-Kummissjoni ta’ data u informazzjoni dwar proġetti ta’ investiment fl-infrastrutturi li jikkonċernaw prattikament is-setturi kollha tal-enerġija, inkluża l-elettriċità minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-bijokarburanti, li jissuġġerixxi li l-imsemmi regolament huwa intiż sabiex jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli. |
57 |
Bl-istess mod, l-Artikolu 3(1) tar-regolament ikkontestat jippreċiża li, ħlief għall-proġetti ta’ trażmissjoni transkonfinali, id-data u l-informazzjoni rilevanti dwar dawn il-proġetti ta’ investiment għandhom jiġu nnotifikati f’forma aggregata, li jimplika li din l-informazzjoni hija intiża għal attività ta’ programmazzjoni bl-għan li tiżgura bilanċ bejn il-provvista u d-domanda tal-enerġija fl-Unjoni. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mis-subparagrafu 3 ta’ dan l-artikolu, peress li dan, sabiex jevita, kif jirriżulta mill-premessa 11 ta’ dan ir-regolament, kull duplikazzjoni ta’ miżuri relatati mas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali u tal-elettriċità, jeżenta l-Istati Membri minn dan l-obbligu ta’ ġbir ta’ informazzjoni meta korp inkarigat, skont id-dritt tal-Unjoni, bl-elaborazzjoni ta’ proġett ta’ investiment pluriennali jkun diġà ttrażmetta għal dan il-għan informazzjoni li tikkorrispondi għar-rekwiżiti tal-imsemmi regolament. |
58 |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 5(1) tar-regolament ikkontestat jirriżulta li dan tal-aħħar jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħtu informazzjoni preċiża u dettaljata dwar il-proġetti tagħhom ta’ investiment fis-settur tal-enerġija, b’mod partikolari, il-volum, it-tip u l-karatteristiċi ewlenin tal-kapaċitajiet ippjanati jew li qed jinbnew, is-sena probabbli tal-implementazzjoni, it-tip ta’ sors ta’ enerġija użat u l-installazzjonijiet li huma kapaċi jirrispondu għall-kriżijiet fil-qasam ta’ sigurtà tal-provvista. Barra minn hekk, is-subparagrafu 3 ta’ dan l-artikolu jistieden lill-Istati Membri sabiex iżidu man-notifiki tagħhom kummenti rilevanti dwar, pereżempju, dewmien jew ostakli għall-implementazzjoni tal-proġetti ta’ investiment. Għandu jiġi kkonstatat li tali obbligu huma intiża sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. |
59 |
Fl-aħħar nett u b’mod partikolari, l-Artikolu 10(1) tar-regolament ikkontestat jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tippubblika kull sentejn, abbażi tal-informazzjoni trażmessa u, skont il-każ, ta’ kull sors ieħor ta’ data, analiżi transsettorjali tal-evoluzzjoni strutturali u tal-perspettivi tas-sistema tal-enerġija tal-Unjoni, li hija intiża, b’mod partikolari, sabiex tidentifika nuqqasijiet futuri potenzjali bejn il-provvista u d-domanda tal-enerġija li huma sinjifikattivi għall-politika tal-enerġija tal-Unjoni, u sabiex iżżid it-trasparenza għall-parteċipanti fis-suq u għal dawk li potenzjalment jidħlu fis-suq. Skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-regolament, fil-kuntest ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni tista’ tippubblika d-data u l-informazzjoni trażmessa f’forma aggregata billi tiżgura li ma tingħata jew tista’ tiġi dedotta ebda informazzjoni dettaljata dwar impriżi jew installazzjonijiet speċifiċi. Dawn id-dispożizzjonijiet juru wkoll li l-ġbir ta’ informazzjoni stabbilit mill-imsemmi regolament huwa maħsub bl-għan li titwettaq attività ta’ programmazzjoni intiża sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. |
60 |
Għandu jiġi kkonstatat li dawn id-dispożizzjonijiet, eżaminati fil-punti 56 sa 59 ta’ din is-sentenza, jiddefinixxu l-elementi essenzjali tar-regolament ikkontestat, peress li dawn jiddeterminaw il-portata u l-kontenut preċiż tal-obbligu ta’ ġbir ta’ informazzjoni, filwaqt li l-Artikoli 4 u 7 sa 9 ta’ dan ir-regolament, li jirregolaw ċerti aspetti tekniċi u iktar ġenerali relatati ma’ dan il-ġbir, għandhom natura iktar anċillari. |
61 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-kontenut tar-regolament ikkontestat juri li dan tal-aħħar jirrigwarda essenzjalment l-implementazzjoni ta’ sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar il-proġetti ta’ investiment fl-infrastrutturi tal-enerġija intiża sabiex tippermetti lill-Unjoni tilħaq objettivi speċifiċi fil-qasam tal-enerġija, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, il-garanzija tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli. |
Fuq l-użu tal-bażi legali xierqa fir-rigward tat-Trattat FUE
62 |
L-Artikolu 337 TFUE, li jinsab fis-seba’ parti tat-Trattat FUE, intitolat “Dispożizzjonijiet ġenerali u finali”, jipprovdi li “il-Kummissjoni tista’ tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa” biex “twettaq il-kompiti fdati lilha”. Fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza sempliċi mingħajr ma jikkonsulta lill-Parlament, anki jekk, f’dan il-każ, tali konsultazzjoni ġiet organizzata. |
63 |
Hekk kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmija dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni kompetenza ġenerali sabiex tiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja għat-twettiq tal-kompiti fdati lilha mit-Trattat FUE, b’tali mod li l-Kunsill ma huwiex obbligat li jibbaża l-atti relatati ma’ din l-attività ta’ ġbir ta’ informazzjoni fuq id-dispożizzjonijiet differenti ta’ dan it-Trattat li jagħtu kompiti speċifiċi lill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punti 19 u 20). |
64 |
L-Artikolu 337 TFUE jikkostitwixxi għalhekk il-bażi legali ta’ atti li jirrigwardaw l-attività ġenerali ta’ ġbir ta’ informazzjoni eżerċitata mill-Kummissjoni, mingħajr ma jeżiġi li dan il-ġbir ikun neċessarju sabiex jintlaħqu objettivi ta’ politika speċifika tal-Unjoni. |
65 |
L-Artikolu 194 TFUE, li jinsab fit-tielet parti tat-Trattat FUE, intitolat “Politika u azzjonijiet interni ta’ l-Unjoni” u li waħdu jikkostitwixxi t-Titolu XXI, imsejjaħ “Enerġija”, jipprovdi, fis-subparagrafu 1 tiegħu, li, fil-kuntest tal-istabbiliment u tal-funzjonament tas-suq intern u b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ preżervazzjoni u titjib tal-ambjent, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, tiżgura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija, tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni, tippromwovi l-effiċjenza u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli, u tippromwovi l-interkonnessjoni ta’ netwerks tal-enerġija. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 194(2) TFUE, “[m]ingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati”, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-kisba ta’ dawn l-objettivi billi jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja prevista fl-Artikolu 294 TFUE, li fil-kuntest tagħha l-Parlament jipparteċipa b’mod sħiħ fil-proċedura. |
66 |
L-Artikolu 194 TFUE, introdott permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, żied għalhekk fit-Trattat FUE bażi legali espressa għall-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija. Kif jirriżulta mill-formulazzjoni tiegħu, b’mod partikolari tas-subparagrafu 2 tiegħu, l-imsemmija dispożizzjoni tikkostitwixxi l-bażi legali ta’ atti tal-Unjoni li huma “neċessarji” sabiex jintlaħqu l-objettivi assenjati lill-imsemmija politika permezz tas-subparagrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni. |
67 |
Tali dispożizzjoni tikkostitwixxi l-bażi legali li għandha tapplika għall-atti kollha adottati mill-Unjoni fil-qasam tal-enerġija li huma ta’ natura li jippermettu l-implementazzjoni ta’ dawn l-objettivi, sakemm ma jkunx hemm, hekk kif jista’ jiġi dedott mill-kliem “[m]ingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati” fil-bidu tal-Artikolu 194(2) TFUE, dispożizzjonijiet iktar speċifiċi previsti fit-Trattat FUE u relatati mal-enerġija. Kif semma l-Kunsill, huma koperti b’mod partikolari l-Artikoli 122 TFUE jew 170 TFUE li jirrigwardaw, rispettivament, il-preżenza ta’ diffikultajiet serji fil-provvista ta’ prodotti tal-enerġija u n-netwerks trans-Ewropew, kif ukoll kompetenzi li l-Unjoni għandha skont dispożizzjonijiet oħra ta’ dan it-Trattat, anki jekk il-miżuri inkwistjoni ikunu intiżi sabiex jintlaħaq wieħed mill-objettivi tal-politika tal-enerġija stabbiliti fis-subparagrafu 1 ta’ dan l-artikolu. |
68 |
Minn dan jirriżulta li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-bażi legali ta’ att tal-Unjoni li għandu bħala għan, bħal f’dan il-każ, il-ġbir ta’ informazzjoni fil-qasam tal-enerġija hijiex ikkostitwita mill-Artikolu 337 TFUE jew mill-Artikolu 194(2) TFUE, għandu jiġi eżaminat jekk dan l-att, fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tiegħu, jistax jiġi kkunsidrat bħala neċessarju sabiex jintlaħqu objettivi assenjati speċifikament lill-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija permezz tas-subparagrafu 1 ta’ dan l-aħħar artikolu. Jekk dan ikun il-każ, peress li l-ġbir ta’ informazzjoni jista’ jitqies bħala komponent ta’ din il-politika, l-att tal-Unjoni li tistabbilixxi tali ġbir għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 194(2) TFUE. Għaldaqstant, att tal-Unjoni ma jistax jaqa’ taħt l-Artikolu 337 TFUE minħabba biss il-fatt li jistabbilixxi sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22). |
69 |
F’dan il-każ, jirriżulta mill-punti 49 u 61 ta’ din is-sentenza li l-għan u l-kontenut tar-regolament ikkontestat huma relatati b’mod strett mal-objettivi li tipprova tilħaq il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija, imsemmija speċifikament fl-Artikolu 194(1) TFUE. |
70 |
Kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Kunsill, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni, ma jistax jiġi kkunsidrat li r-regolament ikkontestat għandu biss f’dan ir-rigward effett indirett u anċillari fuq il-politika tal-enerġija tal-Unjoni u li jikkostitwixxi biss l-“isfond” ta’ dan minħabba l-fatt li sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-enerġija jeħtieġ li jiġu implementati miżuri ħafna iktar estiżi mis-sempliċi ġbir ta’ informazzjoni. |
71 |
Fil-fatt, is-sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni stabbilita mir-regolament ikkontestat ma tapplikax għal informazzjoni ta’ natura ġenerali iżda għal data u informazzjoni preċiża dwar l-infrastrutturi tal-enerġija tal-Unjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tidentifika n-nuqqasijiet eventwali bejn il-provvista u d-domanda ta’ prodotti tal-enerġija fl-Unjoni. |
72 |
Il-ġbir ta’ din l-informazzjoni jidher għalhekk li huwa rekwiżit minn qabel għall-adozzjoni mill-Unjoni ta’ kull miżura intiża sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista ta’ prodotti tal-energija, il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli. |
73 |
Minn dan jirriżulta li l-ġbir ta’ informazzjoni stabbilit mir-regolament ikkontestat huwa ġġustifikat biss permezz tal-objettiv li jikkonsisti fit-twettiq ta’ ċerti kompiti speċifiċi fdati lill-Unjoni fl-Artikolu 194(1) TFUE, dwar il-politika tal-enerġija (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-26 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, C-533/03, Ġabra p. I-1025, punt 52). |
74 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-ġbir ta’ informazzjoni stabbilit mir-regolament ikkontestat jista’ jiġi kkunsidrat bħala li jikkontribwixxi direttament sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija, kif definiti fl-Artikolu 194(1) TFUE, u, għaldaqstant, bħala li jikkostitwixxi, kif barra minn hekk issemmi l-premessa 8 ta’ dan ir-regolament, strument “neċessarju” sabiex jintlaħqu l-objettivi fis-sens tas-subparagrafu 2 tal-imsemmi artikolu. |
75 |
F’dan ir-rigward, ma huwiex rilevanti, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Kunsill u l-Kummissjoni, li l-informazzjoni miġbura skont ir-regolament ikkontestat tista’ tintuża, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-regolament, għal skopijiet oħra minbarra l-politika tal-enerġija. Fil-fatt, anki jekk wieħed jassumi li l-Kummissjoni tista’ tuża l-informazzjoni miġbura skont l-imsemmi regolament għal skopijiet oħra minbarra l-politika tal-enerġija kif definita fl-Artikolu 194(1) TFUE, jibqa’ l-fatt li, kif jirriżulta mill-punti 49 sa 61 ta’ din is-sentenza, l-għan u l-kontenut tal-istess regolament jaqgħu taħt din il-politika. |
76 |
Bl-istess mod, id-distinzjoni magħmula mill-Kunsill u mir-Repubblika Franċiża bejn l-għan immedjat tar-regolament ikkontestat, li jirrigwarda l-ġbir ta’ informazzjoni, u l-għan ulterjuri tiegħu, li jista’ jintlaħaq bis-saħħa tal-informazzjoni hekk miġbura mill-Kummissjoni, ma tistax tiġi aċċettata. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi minn dak kollu li ntqal, il-ġbir ta’ informazzjoni stabbilit minn dan ir-regolament huwa intiż sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tilħaq l-objettivi speċifiċi tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 194(1) TFUE. Minn dan jirriżulta li, fil-kuntest tal-imsemmi regolament, dan il-ġbir u l-objettiv li jrid jintlaħaq minnu huma marbuta intrinsikament u ma jistgħux jiġu mifruda. |
77 |
Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Kunsill, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni, bl-ebda mod ma jirriżulta mill-analiżi preċedenti li l-Artikolu 337 TFUE jieqaf, fiċ-ċirkustanzi kollha, jikkostitwixxi bażi legali valida għall-atti tal-Unjoni li għandhom bħala għan l-implementazzjoni ta’ sistema ta’ ġbir ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ politika settorjali tal-Unjoni, b’tali mod li tirrendi din id-dispożizzjoni irrilevanti. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punti 65 sa 68 ta’ din is-sentenza, l-użu tal-imsemmija dispożizzjoni kien ikun obbligatorju b’mod partikolari fil-każ li r-regolament ikkontestat ma setax jiġi kkunsidrat bħala neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija speċifikament fl-Artikolu 194 TFUE għal dak li jirrigwarda l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija. |
78 |
Fl-aħħar nett, il-Kunsill u l-Kummissjoni ma jistgħux ikomplu, sabiex jiġġustifikaw l-interpretazzjoni tagħhom tal-Artikolu 337 TFUE, jibbażaw ruħhom fuq l-Artikolu 338 TFUE, li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jiġu adottati għall-istabbiliment ta’ statistika. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni, anki jekk tinsab, bħall-Artikolu 337 TFUE, fis-seba’ parti tat-Trattat FUE, intitolat “Dispożizzjonijiet ġenerali u finali”, mhux biss ma tikkostitwixxix il-bażi legali tar-regolament ikkontestat, iżda, barra minn hekk, ma jista’ jkollha l-ebda effett fuq l-eżami tal-fondatezza ta’ dan ir-rikors. Tkun xi tkun il-portata tal-Artikolu 338 TFUE, din ma tistax taffettwa dik tal-Artikoli 337 TFUE u 194 TFUE, kif tirriżulta mill-formulazzjoni rispettiva tagħhom. |
79 |
Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li r-regolament ikkontestat ma jaqax taħt l-Artikolu 337 TFUE iżda taħt l-Artikolu 194 TFUE, peress li jikkostitwixxi mezz neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi mniżżla fis-subparagrafu 1 ta’ din l-aħħar dispożizzjoni. Konsegwentement, l-imsemmi regolament kellu jiġi adottat abbażi tal-Artikolu 194(2) TFUE. |
Fuq l-użu supplimentari tal-Artikolu 187 KEEA bħala bażi legali tar-regolament ikkontestat
80 |
L-Artikolu 187 KEEA, li jinsab taħt it-Titolu V tat-Trattat KEEA, intitolat “Dispożizzjonijiet ġenerali”, jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha minn dan it-Trattat. Fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni il-Kunsill jaġixxi, skont l-Artikoli 106a(1) KEEA u 16(1) TUE, b’maġġoranza kwalifikata mingħajr ma jikkonsulta lill-Parlament, anki jekk f’dan il-każ, tali konsultazzjoni ġiet organizzata. |
81 |
Fid-dawl tax-xebh tal-kliem tal-Artikoli 337 TFUE u 187 KEEA għal dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni materjali tagħhom, din l-aħħar dispożizzjoni għandha tiġi kkunsidrata, għall-motivi esposti fil-punti 62 sa 64 ta’ din is-sentenza, bħala bażi legali ġenerali li tikkonċerna l-attività ġenerali ta’ ġbir ta’ informazzjoni eżerċitata mill-Kummissjoni sabiex twettaq il-kompiti fdati lilha mit-Trattat KEEA. |
82 |
Issa, f’dan il-każ, għalkemm huwa minnu li, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tar-regolament ikkontestat, moqri flimkien mal-punt 3.1 tal-Anness tiegħu, dan ir-regolament jirrigwarda wkoll in-notifika lill-Kummissjoni ta’ proġetti ta’ investiment f’ċerti infrastrutturi nukleari, jibqa’ l-fatt li, għall-motivi esposti fil-punti 49 sa 61 ta’ din is-sentenza, l-imsemmi regolament, fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tiegħu, ma jirrigwardax l-implementazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam speċifiku tal-enerġija nukleari kif iddefinita mit-Trattat KEEA iżda l-implementazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija b’mod ġenerali. |
83 |
L-informazzjoni dwar l-infrastrutturi nukleari tikkostitwixxi biss għalhekk komponent wieħed tal-informazzjoni kollha rilevanti dwar is-sistema tal-enerġija tal-Unjoni kkunsidrata fl-intier tagħha li l-Kummissjoni għandha jkollha sabiex, kif jirriżulta mill-premessa 8 tar-regolament ikkontestat, tkun tista’ twettaq evalwazzjoni globali tal-provvista u tad-domanda tal-enerġija bil-għan, b’mod partikolari, li tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni. |
84 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat barra minn hekk li huwa paċifiku li r-regolament ikkontestat, kif jirriżulta mill-premessa 7 tiegħu, ma jaqax fl-ambitu tal-objettiv ta’ promozzjoni jew ta’ koordinazzjoni tal-investimenti fil-qasam nukleari previst fl-Artikoli 40 KEEA sa 44 KEEA, li jirrigwardaw speċifikament in-notifika mill-impriżi fis-settur nukleari ta’ kull proġett individwali ta’ investiment f’dan il-qasam li jikkonċerna installazzjonijiet ġodda kif ukoll kull sostituzzjoni jew kull trasformazzjoni ta’ ċertu importanza. Ir-regolament ikkontestat jikkonċerna, min-naħa l-oħra, in-notifika mill-Istati Membri kollha tad-data u tal-informazzjoni aggregata dwar kull proġett ta’ investiment fl-infrastrutturi tal-enerġija. |
85 |
Minn dan jirriżulta li r-regolament ikkontestat ma jaqax taħt l-Artikolu 187 KEEA. |
86 |
Konsegwentement, għandu jiġi konkluż li r-regolament ikkontestat, peress li huwa bbażat fuq l-Artikolu 187 KEEA, ġie adottat fuq bażi legali żbaljata u li kellu jiġi bbażat biss fuq l-Artikolu 194(2) TFUE. |
87 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-regolament ikkontestat għandu jiġi annullat sa fejn huwa bbażat fuq l-Artikoli 337 TFUE u 187 KEEA. |
Fuq it-talba għaż-żamma fis-seħħ tal-effetti tar-regolament ikkontestat
88 |
Il-Parlament, appoġġat f’dan ir-rigward mill-Kunsill, jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ li hija tannulla r-regolament ikkontestat, sabiex iżżomm fis-seħħ l-effetti ta’ dan tal-aħħar sakemm jiġi adottat regolament ġdid. |
89 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, jekk tqis li huwa neċessarju, tiddikjara liema mill-effetti tar-regolament annullat għandhom jitqiesu bħala li jibqgħu fis-seħħ. |
90 |
F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 13 tiegħu, ir-regolament ikkontestat daħal fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li saret fil-15 ta’ Lulju 2010. |
91 |
Huwa minnu li l-annullament tar-regolament ikkontestat mingħajr ma jinżammu fis-seħħ l-effetti tiegħu jista’ jkollu konsegwenzi negattivi fuq it-twettiq tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija, peress li dan ir-regolament, sa fejn jippermetti li jiġi żgurat il-ġbir ta’ informazzjoni neċessarja sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din il-politika, jikkostitwixxi kundizzjoni minn qabel u indispensabbli għall-adozzjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ta’ kull miżura utli għal dan il-għan. Issa, għalkemm il-Parlament jitlob l-annullament tal-imsemmi regolament minħabba l-fatt li ntużat bażi legali żbaljata għalih, huwa ma jikkontesta la l-għan u lanqas il-kontenut tiegħu. |
92 |
F’dawn il-kundizzjonijiet, għandu jiġi kkunsidrat li jeżistu motivi importanti ta’ ċertezza legali li jiġġustifikaw il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ t-talba tal-partijiet sabiex jinżammu fis-seħħ l-effetti tar-regolament ikkontestat. |
93 |
Konsegwentement, l-effetti ta’ dan ir-regolament għandhom jinżammu fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli, ta’ regolament ġdid adottat fuq bażi legali xierqa, jiġifieri l-Artikolu 194(2) TFUE. |
Fuq l-ispejjeż
94 |
Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Kunsill tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-Parlament. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(4) tal-istess regoli, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni, li intervenew fil-kawża insostenn tat-talbiet imressqa mill-Kunsill, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.