Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CB0273

    Kawża C-273/10: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 18 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana — Spanja) — David Montoya Medina vs Fondo de Garantia Salarial, Universidad de Alicante (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Politika soċjali — Direttiva 1999/70/KE — Klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fil-qasam pubbliku — Dritt għall-allowances ta’ anzjanità ta’ kull tliet snin — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

    ĠU C 186, 25.6.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 186/10


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana — Spanja) — David Montoya Medina vs Fondo de Garantia Salarial, Universidad de Alicante

    (Kawża C-273/10) (1)

    (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fil-qasam pubbliku - Dritt għall-allowances ta’ anzjanità ta’ kull tliet snin - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

    2011/C 186/16

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: David Montoya Medina

    Konvenut: Fondo de Garantia Salarial, Universidad de Alicante

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana — Interpretazzjoni tal-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-ĊEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 368) — Kuntratti ta’ xogħol ta’ għalliem-riċerkatur konklużi mal-universitajiet pubbliċi — Esklużjoni ta’ ċerti allowances mill-kuntratti għal żmien determinat

    Dispożittiv

    Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva, tirriżerva d-dritt għal allowance ta’ anzjanità biss lill-lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu indeterminat, bl-esklużjoni ta’ lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu determinat, meta, fir-rigward tal-fatt li jirċievu din l-allowance, dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.


    (1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


    Top