Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0574

    Kawża C-574/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Servizzi ta’ arkitettura u ta’ inġinerija — Provvisti ta’ studju, ta’ ħolqien ta’ disinni u ta’ superviżjoni fir-rigward tal-proġett ta’ rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku — Twettiq ta’ proġett f’diversi fażijiet, minħabba raġunjiet baġitarji — Valur tal-kuntratt)

    ĠU C 133, 5.5.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 133/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-574/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Servizzi ta’ arkitettura u ta’ inġinerija - Provvisti ta’ studju, ta’ ħolqien ta’ disinni u ta’ superviżjoni fir-rigward tal-proġett ta’ rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku - Twettiq ta’ proġett f’diversi fażijiet, minħabba raġunjiet baġitarji - Valur tal-kuntratt)

    2012/C 133/13

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u C. Zadra, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, N. Graf Vitzthum u J. Möller, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 9 u 20, flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Għoti, mill-muniċipalità ta’ Niedernhausen, mingħajr sejħa għal offerti fuq il-livell tal-Unjoni, ta’ diversi servizzi ta’ arkitettura marbuta ma’ proġett wieħed ta’ kostruzzjoni lil uffiċċju tal-inġiniera — Qsim tas-servizz attribwit — Determinazzjoni tal-valur tal-kuntratt

    Dispożittiv

    (1)

    Minħabba l-fatt li l-muniċipalità ta’ Niedernhausen tat kuntratt ta’ servizzi ta’ arkitettura li jirrigwardaw ir-rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku msejjaħ “Autalhalle” li jinsab fit-territorju ta’ din il-muniċipalità, li l-valur tiegħu kien jaqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], mingħajr ma wettqet sejħa għal offerti fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 9 u 20, moqrija flimkien mal-Artikoli 23 sa 55 ta’ din id-direttiva.

    (2)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


    Top