EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0503

Kawża C-503/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Evroetil AD vs Direktor na Agentsia “Mitnitsi” (Direttiva 2003/30/KE — Artikolu 2(2)(a) — Kunċett ta’ bijo-etanol — Prodott miksub mill-bijomasssa, li fih iktar minn 98,5 % alkoħol etiliku u li ma huwiex żnaturat — Rilevanza tal-użu effettiv bħala bijokarburant — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja tal-bijo-etanol għall-finijiet ta’ ġbir ta’ dazji tas-sisa — Direttiva 2003/96/KE — Prodott ta’ enerġija — Direttiva 92/83/KEE — L-ewwel inċiż tal-Artikolu 20 u Artikolu 27(1)(a)(b) — Kunċett ta’ alkoħol etiliku — Eżenzjoni mis-sisa armonizzata — Żnaturament)

ĠU C 49, 18.2.2012, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Evroetil AD vs Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

(Kawża C-503/10) (1)

(Direttiva 2003/30/KE - Artikolu 2(2)(a) - Kunċett ta’ bijo-etanol - Prodott miksub mill-bijomasssa, li fih iktar minn 98,5 % alkoħol etiliku u li ma huwiex żnaturat - Rilevanza tal-użu effettiv bħala bijokarburant - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja tal-bijo-etanol għall-finijiet ta’ ġbir ta’ dazji tas-sisa - Direttiva 2003/96/KE - Prodott ta’ enerġija - Direttiva 92/83/KEE - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 20 u Artikolu 27(1)(a)(b) - Kunċett ta’ alkoħol etiliku - Eżenzjoni mis-sisa armonizzata - Żnaturament)

2012/C 49/19

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Evroetil AD

Konvenut: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Varhoven administrativen sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/30/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Mejju 2003, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 188) u tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2587/91, tas-26 ta’ Lulju 1991 (ĠU L 259, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) u tal- ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206) — Prodott miksub mill-bijomassa, li fih esters, tipi ta’ alkoħol qawwijin u aldeide, li għandu iktar minn 98 % alkoħol u li ma ġiex żnaturat — Kunċett ta’ bijo-etanol — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 2207 20 00 (Alkoħol etiliku u spirti żnaturati ta’ kull qawwa tal-alkoħol) jew fis-subintestatura 2207 10 00 (Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa tal-alkoħol ta’ 80 % jew iktar), sabiex jiġu imposti d-drittijiet tas-sisa.

Dispożittiv

(1)

Id-definizzjoni tal-bijo-etanol li tinsab fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Mejju 2003, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasporti, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li huwa miksub b’mod partikolari mill-bijomassa u li fih iktar minn 98,5 % alkoħol etiliku, ladarba jiġi offrut għall-bejgħ bħala bijokarburant għat-trasport.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fih iktar minn 98.5 % alkoħol etiliku u li ma ġiex żnaturat permezz ta’ preċedura ta’ żnaturament prevista espressament, għandu japplika għalih id-dazju tas-sisa previst fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, anki jekk huwa miksub mill-bijomassa permezz ta’ teknoloġija differenti minn dik użata għall-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, fih sustanzi li jrenduh mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem, jissodisfa r-rekwiżiti previsti mill-abbozz ta’ standards Ewropew pr EN 15376 għall-bijo-etanol użat bħala karburant u eventwalment jikkorrispondi għad-definizzjoni tal-bijo-etanol li tinsab fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2003/30.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


Top