EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0495

Kawża C-495/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Centre hospitalier universitaire de Besançon vs Thomas Dutrueux, Caisse primaire d’assurance maladie du Jura (Direttiva 85/374/KEE — Responsabbiltà għal prodotti difettużi — Kamp ta’ applikazzjoni — Sistema nazzjonali li tipprevedi, fir-rigward tal-istabbilimenti pubbliċi tas-saħħa, l-obbligu li jiġu kkumpensati d-danni subiti minn pazjent minħabba l-ħsara f’apparat jew f’prodott użat waqt il-kura mogħtija anki fl-assenza ta’ nuqqas imputabbli lil dawn l-istabbilimenti)

ĠU C 49, 18.2.2012, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Centre hospitalier universitaire de Besançon vs Thomas Dutrueux, Caisse primaire d’assurance maladie du Jura

(Kawża C-495/10) (1)

(Direttiva 85/374/KEE - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Kamp ta’ applikazzjoni - Sistema nazzjonali li tipprevedi, fir-rigward tal-istabbilimenti pubbliċi tas-saħħa, l-obbligu li jiġu kkumpensati d-danni subiti minn pazjent minħabba l-ħsara f’apparat jew f’prodott użat waqt il-kura mogħtija anki fl-assenza ta’ nuqqas imputabbli lil dawn l-istabbilimenti)

2012/C 49/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Centre hospitalier universitaire de Besançon

Konvenuti: Thomas Dutrueux, Caisse primaire d'assurance maladie du Jura

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal 25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257) — Responsabbiltà ta’ stabbilimenti pubbliċi tas-saħħa fir-rigward tal-pazjenti tagħhom — Ammissibbiltà ta’ sistema nazzjonali ta’ responsabbiltà li tippermetti lill-vittma jikseb, anki fl-assenza ta’ nuqqas, kumpens għad-danni kkawżati minn ħsara fil-prodotti difettużi — Limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi

Dispożittiv

Ir-responsabbiltà ta’ fornitur ta’ servizzi li juża, fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi bħal dik ta’ kura mogħtija fl-isptar, apparat jew prodotti difettużi li huwa ma huwiex il-produttur tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Mejju 1999, u b’dan il-mod, jikkawża danni lill-benefiċjarju tal-provvista, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant din tal-aħħar ma tipprekludix li Stat Membru jistabbilixxi sistema, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi r-responsabbiltà ta’ tali fornitur fir-rigward tad-danni hekk ikkawżati, anki fl-assenza ta’ kull nuqqas imputabbli lilu, bil-kundizzjoni, madankollu, li tinżamm il-possibbiltà għall-vittma u/jew għal dan il-fornitur li jinvoka r-responsabbiltà tal-produttur abbażi ta’ din id-direttiva meta l-kundizzjonijiet previsti fiha jkunu sodisfatti.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


Top