EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0342

Kawża C-342/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Ftehim ŻEE — Artikolu 40 — Tassazzjoni ta’ dividendi mqassma lill-fondi ta’ pensjoni barranin” )

ĠU C 9, 12.1.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-342/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Ftehim ŻEE - Artikolu 40 - Tassazzjoni ta’ dividendi mqassma lill-fondi ta’ pensjoni barranin)

2013/C 9/06

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u I. Koskinen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, aġent)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Noort, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assisstita minn G. Facenna, barrister)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 63 TFUE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Diskriminazzjoni fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dividendi mqassma mill-kumpanniji residenti lill-fondi ta’ pensjoni barranin għal sistema fiskali iktar stretta minn dik applikabbli għall-fondi ta’ pensjoni nazzjonali

Dispożittiv

(1)

Billi stabbilixxiet u żammet fis-seħħ skema ta’ tassazzjoni diskriminatorja fuq id-dividendi mqassma lill-fondi ta’ pensjoni barranin, ir-Repubblika tal-Finlandja naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

(2)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispjjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 234, 28.8.2010.


Top