Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0206

    Kawża C-206/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 4(1)(a) — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Artikolu 7(2) — Benefiċċji mogħtija mil-Länder Ġermaniżi lill-għomja, lill-persuni neqsin mis-smigħ u lill-persuni b’diżabbilità — Kundizzjoni ta’ residenza)

    ĠU C 186, 25.6.2011, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 186/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-206/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 4(1)(a) - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Artikolu 7(2) - Benefiċċji mogħtija mil-Länder Ġermaniżi lill-għomja, lill-persuni neqsin mis-smigħ u lill-persuni b’diżabbilità - Kundizzjoni ta’ residenza)

    2011/C 186/12

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Kreuschitz, aġent)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u C. Blaschke, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentant: M. Noort, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15) u tal-Artikolu 4(1)(a), flimkien mal-Kapitolu 1 tat-Titolu III, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċji mil-Länder favur persuni b’diżabbiltà u għomja għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jkun jirrisjedi fil-Land ikkonċernat — Benefiċċji msemmija fis-Sezzjoni III tal-Anness II, tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Kunċett ta’ “benefiċċju speċjali ta’ natura mhux kontributorja”

    Dispożittiv

    (1)

    Billi tissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċji lill għomja, lill-persuni neqsin mis-smigħ u lill-persuni b’diżabbiltà, mogħtija taħt il-leġiżlazzjoni tal-Länder lil persuni li jaqgħu fil-kompetenza tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għall-kundizzjoni ta’ residenza jew ta’ residenza abitwali fil-Land ikkonċernat, ir-Republika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1)(a), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, flimkien mal-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament u l-Artikolu 7(2), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità

    (2)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 179, 03.07.2010


    Top