This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0162
Case C-162/10: Judgment of the Court (Third Chamber) of 15 March 2012 (reference for a preliminary ruling from the High Court of Ireland — Ireland) — Phonographic Performance (Ireland) Ltd v Ireland, Attorney General (Copyright and related rights — Directive 2006/115/EC — Articles 8 and 10 — Concepts of ‘user’ and ‘communication to the public’ — Installation in hotel bedrooms of televisions and/or radios to which the hotelier distributes a broadcast signal)
Kawża C-162/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill High Court of Ireland — l-Irlanda) — Phonographic Performance (Ireland) Ltd vs Ireland, Attorney General (Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2006/115/KE — Artikoli 8 u 10 — Kunċett ta’ “utent” u ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Xandir ta’ fonogrammi permezz ta’ apparat tat-televiżjoni u/jew tar-radju installat fil-kmamar ta’ lukandi)
Kawża C-162/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill High Court of Ireland — l-Irlanda) — Phonographic Performance (Ireland) Ltd vs Ireland, Attorney General (Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2006/115/KE — Artikoli 8 u 10 — Kunċett ta’ “utent” u ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Xandir ta’ fonogrammi permezz ta’ apparat tat-televiżjoni u/jew tar-radju installat fil-kmamar ta’ lukandi)
ĠU C 133, 5.5.2012, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill High Court of Ireland — l-Irlanda) — Phonographic Performance (Ireland) Ltd vs Ireland, Attorney General
(Kawża C-162/10) (1)
(Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2006/115/KE - Artikoli 8 u 10 - Kunċett ta’ “utent” u ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Xandir ta’ fonogrammi permezz ta’ apparat tat-televiżjoni u/jew tar-radju installat fil-kmamar ta’ lukandi)
2012/C 133/05
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Phonographic Performance (Ireland) Ltd
Konvenuti: Ireland, Attorney General
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikoli 8(2) u 10(1) tad-Direttiva 115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, p. 28) — Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi — Dritt ta’ remunerazzjoni remunerazzjoni ekwa u unika għall-artisti u għall-produtturi — Kunċett ta’ “utent” u ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Installazzjoni fil-kmamar ta’ lukanda ta’ settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom il-kumpannija tal-lukanda tibgħat sinjal ta’ xandir
Dispożittiv
(1) |
L-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jibgħat sinjal ta’ xandir huwa “utent” li jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma mxandra, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali. |
(2) |
L-operatur ta’ lukanda li jipprovdi fil-kmamar tal-klijenti tiegħu settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lilhom jibgħat sinjal ta’ xandir huwa obbligat li jħallas remunerazzjoni ekwa, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115, għax-xandir ta’ fonogramma mxandra, minbarra dik imħallsa mix-xandar. |
(3) |
L-operatur ta’ lukanda li jipprovdi, fil-kmamar tal-klijenti tiegħu, mhux settijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju li lihom jibgħat sinjal ta’ xandir, iżda mezz ieħor kif ukoll fonogrammi f’forma fiżika jew diġitali li jistgħu jixxandru jew jinstemgħu permezz ta’ dan il-mezz, huwa “utent” li jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma, fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115. Għaldaqstant huwa obbligat li jħallas “remunerazzjoni ekwa” taħt din id-dispożizzjoni għat-trasmissjoni tal-imsemmija fonogrammi. |
(4) |
L-Artikolu 10(1)(a) tad-Direttiva 2006/115, li jipprovdi limitazzjoni fuq id-dritt għal remunerazzjoni ekwa previst fl-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, meta jirrigwarda “użu privat”, ma jippermettix lill-Istati Membri sabiex jeżentaw lill-operatur ta’ lukanda milli jwettaq att ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” ta’ fonogramma fis-sens tal-Artikolu 8(2) tal-imsemmija direttiva, mill-obbligu li jħallas tali remunerazzjoni. |