EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0085

Kawża C-85/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Telefónica Móviles España, SA vs Administración del Estado, Secretaría de Estado de Telecomunicaciones (Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Direttiva 97/13/KE — Awtorizzazzjonijiet ġenerali u liċenzji individwali — Taxxi u tariffi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ liċenzji individwali — Artikolu 11(2) — Interpretazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix allokazzjoni speċjali għal taxxa — Żieda tat-taxxa għas-sistemi diġitali, mingħajr ma tkun emendata għas-sistemi analoġiċi tal-ewwel ġenerazzjoni — Kompatibbiltà)

ĠU C 139, 7.5.2011, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Telefónica Móviles España, SA vs Administración del Estado, Secretaría de Estado de Telecomunicaciones

(Kawża C-85/10) (1)

(Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Direttiva 97/13/KE - Awtorizzazzjonijiet ġenerali u liċenzji individwali - Taxxi u tariffi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ liċenzji individwali - Artikolu 11(2) - Interpretazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix allokazzjoni speċjali għal taxxa - Żieda tat-taxxa għas-sistemi diġitali, mingħajr ma tkun emendata għas-sistemi analoġiċi tal-ewwel ġenerazzjoni - Kompatibbiltà)

2011/C 139/16

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telefónica Móviles España, SA

Konvenuti: Administración del Estado, Secretaría de Estado de Telecomunicaciones

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 97/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ April 1997, dwar qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u l-liċenzji individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet (ĠU L 117, p. 15) — Taxxi u tariffi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ liċenzji individwali — Impożizzjoni ta’ piżijiet finanzjarji lil hinn minn dawk awtorizzati mid-direttiva u li għandhom għan li ma huwiex previst minnha — Penalizzazzjoni tat-teknoloġiji iktar avvanzati meta pparagunati ma dawk li qdiemu.

Dispożittiv

Ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 97/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ April 1997, dwar qafas komuni għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali u l-liċenzji individwali fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, li jgħidu li tariffa imposta fuq l-operaturi ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet għall-użu ta’ riżorsi skarsi għandha tfittex l-għan li tiżgura użu ottimali ta’ riżorsi bħal dawn u tieħu inkunsiderazzjoni n-neċessità li tippromwovi l-iżvilupp ta’ servizzi innovattivi u ta’ kompetizzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-impożizzjoni ta’ tariffa fuq operaturi ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni detenturi ta’ liċenzji individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju, mingħajr ma jipprovdu allokazzjoni speċifika tad-dħul miksub minn din it-tariffa, u li żżid b’mod sinjifikattiv l-ammont ta’ din għal teknoloġija speċifika mingħajr ma tibdilha għal oħra.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010.


Top