Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0506

    Kawża T-506/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Diċembru 2009 — Carlyle vs UASI — Mascha & Regner Consulting (THE CARLYLE)

    ĠU C 51, 27.2.2010, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/37


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2009 — Carlyle vs UASI — Mascha & Regner Consulting (THE CARLYLE)

    (Kawża T-506/09)

    2010/C 51/71

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Carlyle, LLC (St. Louis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Cornu, E. De Gryse u D. Moreau, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mascha & Regner Consulting KEG (Vjenna, l-Awstrija)

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Diċembru 2009, fil-Każ R 240/2009-4; u

    Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal revoka: Trade mark verbali “THE CARLYLE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 25 u 42

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Applikazzjoni għal revoka miċħuda parzjalment.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Revoka tat-trade mark ikkonċernata

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell għamel żball meta interpreta l-kunċett ta’ użu ġenwin b’mod wisq restrittiv. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell naqas: (i) milli jieħu ikunsiderazzjoni, b’mod xieraq, il-provi ta’ użu pprovduti mir-rikorrenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni; (ii) milli jevalwa, b’mod korrett, l-ambitu tal-imsemmija provi ta’ użu; u (iii) milli jagħmel evalwazzjoni ġenerali ta’ dan.


    Top