Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0462

    Kawża T-462/09: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Novembru 2009 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia)

    ĠU C 11, 16.1.2010, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/37


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2009 — Storck vs UASI — RAI (Ragolizia)

    (Kawża T-462/09)

    2010/C 11/68

    Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Radiotelevisione italiana SpA (RAI) (Ruma, l-Italja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1779/2008-4;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

    fil-każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni fil-proċeduri, tikkundannaha għall-ispejjeż rispettivi tagħha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Ragolizia” għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 5 201 835)

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Radiotelevisione italiana SpA (RAI)

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Komunitarja Nru 4 771 762“FAVOLIZIA”

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) peress li m’hemmx probabbiltà ta’ konfuzjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


    Top