EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0450

Kawża T-450/09: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Novembru 2009 — Simba Toys vs UASI — Seven Towns (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ ġugarell kubiku)

ĠU C 11, 16.1.2010, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/34


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2009 — Simba Toys vs UASI — Seven Towns (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ ġugarell kubiku)

(Kawża T-450/09)

2010/C 11/64

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven Towns Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Settembru 2009 fil-Każ R 1526/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u dawk sostnuti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ ġugarell kubiku għal prodotti fil-klassi 28.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Seven Towns Ltd

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Simba Toys GmbH & Co. KG

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat ir-raġunijiet assoluti għal rifjut ippreżentati mir-rikorrenti; ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti r-raġunijiet għaċ-ċaħda tiegħu tal-kawża ta’ revoka taħt l-Artikolu 71(ċ) tal-imsemmi regolament; ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jidentifika kompletament l-elementi tat-trade mark li għaliha saret it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni ċerti elementi tal-imsemmija trade mark.


Top