Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0434

    Kawża T-434/09: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ottubru 2009 — Centrotherm Systemtechnik vs UASI — centrotherm Clean Solutions (CENTROTHERM)

    ĠU C 312, 19.12.2009, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 312/40


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2009 — Centrotherm Systemtechnik vs UASI — centrotherm Clean Solutions (CENTROTHERM)

    (Kawża T-434/09)

    2009/C 312/67

    Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni R 6/2008-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell, tal-25 ta’ Awwissu 2009, sa fejn tintlaqa’ t-talba għal revoka;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

    tikkundanna lill-eventwali intervenjent għall-ispejjeż sostnuti fl-intervent.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “CENTROTHERM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 17, 19 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 1 301 019)

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment u t-trade mark irrevokata parzjalment

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 57(5) flimkien mal-Artikolu 51(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), għaliex il-konvenut ma evalwax suffiċjentement il-provi ta’ użu li ġew ippreżentati fit-terminu dovut;

    ksur tad-dmir ta’ eżami ex officio tal-fatti;

    ksur tal-Artikolu 76(1) u (2) u tal-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2), għaliex il-konvenut ma ħax inkunsiderazzjoni l-provi ta’ użu ppreżentati mal-motivi tal-appell;

    eżerċizzju żbaljat tas-setgħa diskrezzjonali, għaliex il-provi ppreżentati, anki kieku ġew ippreżentati tard, kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni;

    sussidjarjament, nuqqas ta’ applikabbiltà tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95 fir-rigward tal-Artikolu 241 KE, għaliex huma jiksru l-Artikolu 76(1) u l-Artikolu 57(1) flimkien mal-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 162(1) tar-Regolament Nru 207/2009, l-Artikolu 202 KE kif ukoll il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ stat ta’ dritt, ta’ proporzjonalità, id-dritt bażiku ta’ proprjetà u d-dritt għal smigħ xieraq.


    (1)  Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

    (2)  Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Volum 01, p. 189).


    Top