This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0406
Case T-406/09: Action brought on 5 October 2009 — Donau Chemie v Commission
Kawża T-406/09: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Ottubru 2009 — Donau Chemie vs Il-Kummissjoni
Kawża T-406/09: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Ottubru 2009 — Donau Chemie vs Il-Kummissjoni
ĠU C 312, 19.12.2009, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/32 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Donau Chemie vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-406/09)
2009/C 312/53
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Donau Chemie AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Polster, W. Brugger u M. Brodey, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, fil-Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
sussidjarjament, tnaqqas b’mod sostanzjali u adegwat l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, fil-Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass. Fid-deċiżjoni kkontestata ġiet imposta multa fuq ir-rikorrenti u kumpanniji oħra għall-ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti pparteċipat fi ksur uniku u kontinwu fis-setturi tal-karbur tal-kalċju u tal-manjesju fiż-ŻEE, ħlief fi Spanja, fil-Portugall, fl-Irlanda u fir-Renju Unit, fejn kienet involuta fi ftehim dwar it-tqassim tas-suq, tal-kwoti u tal-klijenti, iffissar ta’ prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali dwar prezzijiet, klijenti u volum ta’ bejgħ.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ksur tat-Trattat KE u tar-regoli adottati b’implementazzjoni tiegħu u, b’mod iktar dettaljat u partikolari, issostni:
— |
kalkolu illegali tal-ammont bażiku tal-multa, kif ukoll tal-ammont addizzjonali tal-multa li għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-paragrafu 25 tal-Linji gwida dwar il-multi (1); |
— |
esklużjoni illegali ta’ ċirkustanzi attenwanti fil-kalkolu tal-multa; |
— |
appplikazzjoni illegali tar-regoli tal-kompetizzjoni (2) sa fejn it-tnaqqis fl-ammont tal-multa mogħti lir-rikorrenti minħabba l-kooperazzjoni tagħha kien żgħir wisq; |
— |
ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa; |
— |
esklużjoni illegali ta’ tnaqqis fl-ammont tal-multa minħabba l-kapaċità ekonomika fis-sens tal-paragrafu 35 tal-Linji gwida dwar il-multi u/jew minħabba ċirkustanzi partikolari fis-sens tal-paragrafu 37 tal-istess linji gwida; |
— |
ksur tal-Artikolu 235 KE minħabba motivazzjoni inadegwata tad-deċiżjoni kkontestata. |
(1) Linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1.2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2).
(2) Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali Kapitolu 08, Volum 02, p. 155).