This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TB0435
Case T-435/09 R: Order of the President of the General Court of 15 March 2010 — GL2006 Europe v Commission and OLAF (Application for interim measures — Community programmes for research and technological development — Arbitration clause — Order for recovery — Debit note — Application for suspension of operation of a measure — Financial loss — No exceptional circumstances — No urgency)
Kawża T-435/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Marzu 2010 — GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni u OLAF ( Proċeduri għal miżuri provviżorji — Programmi Komunitarji ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku — Klawżola ta’ arbitraġġ — Ordni ta’ rkupru — Nota ta’ debitu — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Dannu finanzjarju — Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali — Nuqqas ta’ urġenza )
Kawża T-435/09 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Marzu 2010 — GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni u OLAF ( Proċeduri għal miżuri provviżorji — Programmi Komunitarji ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku — Klawżola ta’ arbitraġġ — Ordni ta’ rkupru — Nota ta’ debitu — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Dannu finanzjarju — Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali — Nuqqas ta’ urġenza )
ĠU C 113, 1.5.2010, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/46 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2010 — GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni u OLAF
(Kawża T-435/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programmi Komunitarji ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku - Klawżola ta’ arbitraġġ - Ordni ta’ rkupru - Nota ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta’ urġenza”)
2010/C 113/76
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GL2006 Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Gardenal u E. Belinguier-Raiz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u N. Bambara, aġenti, assistiti minn T. Van der Hout, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Lulju 2009 li tittermina l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti f’żewġ proġetti Komunitarji u n-noti ta’ debitu maħruġa fis-7 ta’ Awwissu 2009 li permezz tagħhom il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom mogħtija fil-kuntest tal-proġetti Komunitarji li pparteċipat fihom ir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkunsidrata bħala l-unika konvenuta. |
(2) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
(3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |