Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0275

Kawża T-275/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Lulju 2011 — Sepracor Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Sustanza attiva eszopiclone — Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq — Nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kwalità ta’ sustanza attiva ġdida — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà” )

ĠU C 282, 24.9.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2011 — Sepracor Pharmaceuticals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-275/09) (1)

(Rikors għal annullament - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sustanza attiva eszopiclone - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq - Nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kwalità ta’ sustanza attiva ġdida - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà)

2011/C 282/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Dodds-Smith, solicitor, D. Anderson, QC, u J. Stratford, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Sipos, sussegwentement M. Wilderspin u M. Šimerdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li fiha l-ittra tal-Kummissjoni mibgħuta lir-rikorrenti fis-6 ta’ Mejju 2009, fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-Lunivia, sa fejn din tirrigwarda l-kwalifikazzjoni tas-sustanza attiva eszopiclone.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Sepracor Pharmaceuticals (Ireland) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.9.2009.


Top