This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TB0120
Case T-120/09: Order of the General Court of 9 September 2010 — Phoenix-Reisen and DRV v Commission (State aid — Subsidy provided for by German law for insolvent companies — Complaint for alleged breach of Community law — Rejection of the complaint — Adoption of a later decision — No need to adjudicate)
Kawża T-120/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2010 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Sussidju previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża għall-impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza — Ilment minħabba allegat ksur tad-dritt Komunitarju — Ċaħda tal-ilment — Adozzjoni ta’ deċiżjoni sussegwenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )
Kawża T-120/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Settembru 2010 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Sussidju previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża għall-impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza — Ilment minħabba allegat ksur tad-dritt Komunitarju — Ċaħda tal-ilment — Adozzjoni ta’ deċiżjoni sussegwenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )
ĠU C 301, 6.11.2010, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/30 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-120/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Sussidju previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża għall-impriżi f’sitwazzjoni ta’ insolvenza - Ilment minħabba allegat ksur tad-dritt Komunitarju - Ċaħda tal-ilment - Adozzjoni ta’ deċiżjoni sussegwenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2010/C 301/51
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja); u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Gerharz u A. Funke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Martenczuk, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u B. Klein, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2009 li permezz tagħha indikat l-intenzjoni tagħha li ma tiħux azzjoni fil-konfront ta’ allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz tal-ħlas ta’ kumpens għal insolvenza mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Dispożittiv
(1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
(2) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba sabiex din il-kawża tingħaqad mal-Kawża T-58/10 magħmula mir-rikorrenti. |
(3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |