EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0518

Kawża T-518/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Ecoceane vs AESM ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċeduri ta’ sejħa għal offerti — Intervent minn bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali” )

ĠU C 325, 9.11.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, p. 20–20 (HR)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Ecoceane vs AESM

(Kawża T-518/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċeduri ta’ sejħa għal offerti - Intervent minn bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2013/C 325/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ecoceane (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Spalter, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM) (rappreżentanti: J. Menze, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AESM, tat-28 ta’ Ottubru 2009, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EMSA/NEG/1/2009, dwar kuntratti għal servizzi marbuta mal-intervent ta’ bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi (Lott Nru 2: L-Atlantiku/Il-Kanal Ingliż), kif ukoll tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ecoceane hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM).


(1)  ĠU C 80, 27.3.2010.


Top