Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0512

    Kawża T-512/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Novembru 2013 — Rusal Armenal vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina — Adeżjoni tal-Armenja mad-WTO — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 — Kompatibbiltà mal-ftehim antidumping — Artikolu 277 TFUE” )

    ĠU C 367, 14.12.2013, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 367/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2013 — Rusal Armenal vs Il-Kunsill

    (Kawża T-512/09) (1)

    (Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina - Adeżjoni tal-Armenja mad-WTO - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 - Kompatibbiltà mal-ftehim antidumping - Artikolu 277 TFUE)

    2013/C 367/48

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rusal Armenal ZAO (Erevan, l-Armenja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġent, assistiti minn G. Berrisch, u fl-aħħar nett J.-P. Hix u B. Driessen)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u C. Clyne, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa annullat fir-rigward ta’ Rusal Armenal ZAO.

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ Rusal Armenal.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


    Top