Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0511

    Kawża T-511/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Niki Luftfahrt vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija mill-Awstrija favur il-grupp Austrian Airlines — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet — Privatizzazzjoni tal-grupp Austrian Airlines — Determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna — Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà”)

    ĠU C 213, 29.6.2015, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 213/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Niki Luftfahrt vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-511/09) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija mill-Awstrija favur il-grupp Austrian Airlines - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet - Privatizzazzjoni tal-grupp Austrian Airlines - Determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà”))

    (2015/C 213/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Niki Luftfahrt GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Asenbauer u A. Habeler, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Martenczuk u K. Gross, aġenti, assistit minn de G. Quardt, avukat, sussegwentment B. Martenczuk u R. Sauer, aġenti, assistiti minn de G. Quardt u J. Lipinsky, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u M. Klamert, aġenti); Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: initjalment H.-J. Niemeyer, H. Ehlers u M. Rosenberg, sussegwentement H.-J. Niemeyer, H. Ehlers, C. Kovács u S. Völcker, avukati); Austrian Airlines AG (Vjenna) (rappreżentanti: initjalment H.-J. Niemeyer, H. Ehlers u M. Rosenberg, sussegwentement H.-J. Niemeyer, H. Ehlers u C. Kovács, avukati); u Österreichische Industrieholding AG (Vjenna) (rappreżentanti: T. Zivny, P. Lewisch u H. Kristoferitsch, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/137/KE, tat-28 ta’ Awwissu 2009, Għajnuna mill-Istat C 6/09 (ex N 663/08) – Awstrija Austrian Airlines – Pjan għall-istrutturar mill-ġdid (ĠU 2010, L 59, p. 1) li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni mogħtija mir-Repubblika tal-Awstrija favur il-grupp Austrian Airlines fil-kuntest tal-akkwist ta’ din tal-aħħar mill-grupp Lufthansa.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Niki Luftfahrt GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn Österreichische Industrieholding AG, minn Deutsche Lufthansa AG u minn Austrian Airlines AG.

    3)

    Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


    Top