Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0380

    Kawża T-380/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Diċembru 2010 — Bianchin vs UASI — Grotto (GASOLINE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komuitarja verbali GASOLINE — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GAS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 38, 5.2.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2010 — Bianchin vs UASI — Grotto (GASOLINE)

    (Kawża T-380/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komuitarja verbali GASOLINE - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2011/C 38/26

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luciano Bianchin (Asolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Montalto, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grotto SpA (Chiuppano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1455/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Grotto SpA u Luciano Bianchin.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Luciano Bianchi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


    Top