EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0328

Kawża T-328/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Settembru 2012 — Producteurs de légumes de France vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Settur tal-frott u l-ħaxix — ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Aspettativi leġittimi — Żball sostantiv fil-kalkolu tas-sommom li għandhom jiġu rkuprati” )

ĠU C 355, 17.11.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Producteurs de légumes de France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Aspettativi leġittimi - Żball sostantiv fil-kalkolu tas-sommom li għandhom jiġu rkuprati)

2012/C 355/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Producteurs de légumes de France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: iniżjalment O. Fachin, sussegwentement O. Redon, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Les Producteurs de légumes de France hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


Top