EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0233

Kawża T-233/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Marzu 2011 — Access Info Europe vs Il-Kunsill ( “Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokument li jirrigwarda proċedura leġiżlattiva pendenti — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Rikors għal annullament — Terminu tar-rikors — Ammissibbiltà — Żvelar minn parti terza — Nuqqas ta’ telf tal-interess ġuridiku — Identifikazzjoni tad-delegati tal-Istati Membri awturi tal-proposti — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet” )

ĠU C 139, 7.5.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2011 — Access Info Europe vs Il-Kunsill

(Kawża T-233/09) (1)

(Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument li jirrigwarda proċedura leġiżlattiva pendenti - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Ammissibbiltà - Żvelar minn parti terza - Nuqqas ta’ telf tal-interess ġuridiku - Identifikazzjoni tad-delegati tal-Istati Membri awturi tal-proposti - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet)

2011/C 139/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Access Info Europe (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: O. W. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Fekete u M. Bauer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti, assistiti minn L. J. Stratford, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2009 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerta informazzjoni li hemm fin-nota tas-26 ta’ Novembru 2008, dwar proposta għal regolament dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Frar 2009 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerta informazzjoni li hemm fin-nota tas-26 ta’ Novembru 2008, dwar proposta għal regolament dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija annullata.

2)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Access Info Europe.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 205, 29.8.2009.


Top