Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0226

    Kawżi magħquda T-226/09 u T-230/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — British Telecommunications u BT Pension Scheme Trustees vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni parzjali tal-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-Fond għall-Ħarsien tal-Pensjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Riżorsi tal-Istat — Benefiċċju — Natura selettiva — Ksur tal-kompetizzjoni — Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Implementazzjoni tal-għajnuna” )

    ĠU C 325, 9.11.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 325, 9.11.2013, p. 18–18 (HR)

    9.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 325/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — British Telecommunications u BT Pension Scheme Trustees vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-226/09 u T-230/09) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Eżenzjoni parzjali tal-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-Fond għall-Ħarsien tal-Pensjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Benefiċċju - Natura selettiva - Ksur tal-kompetizzjoni - Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Implementazzjoni tal-għajnuna)

    2013/C 325/33

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: British Telecommunications (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Robert, M. Newhouse, T. Castorina, solicitors, J. Holmes, barrister, u H. Legge, QC) (Kawża T-226/09); u BT Pension Scheme Trustees Ltd (Londra) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati) (Kawża T-230/09)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u N. Khan, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/703/KE, tal-11 ta’ Frar 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C-55/2007 (ex NN 63/07, CP 106/06) implementata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq — Garanzija pubblika favur B[ritish T[elecommunications] (ĠU L 242, p. 21).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    (2)

    Fil-Kawża T-226/09, British Telecommunications plc hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Fil-Kawża T-230/09, BT Pension Scheme Trustees Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 193, 15.08.2009.


    Top