EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0089

Kawża T-89/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015 – Pollmeier Massivholz vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri tal-Istat li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ impriża tal-qtugħ tal-injam fil-Land Hessen — Rikors għal annullament — Ittra indirizzata lil-lanjanti — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Kalkolu tal-element tal-għajnuna ta’ garanziji tal-Istat — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji — Impriża li tinsab f’diffikultà — Bejgħ ta’ art pubblika — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015 – Pollmeier Massivholz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-89/09) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri tal-Istat li jikkonċernaw l-istabbiliment ta’ impriża tal-qtugħ tal-injam fil-Land Hessen - Rikors għal annullament - Ittra indirizzata lil-lanjanti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Kalkolu tal-element tal-għajnuna ta’ garanziji tal-Istat - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji - Impriża li tinsab f’diffikultà - Bejgħ ta’ art pubblika - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 146/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG (Creuzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Heithecker u F. von Alemann, sussegwentement J. Heithecker, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u F. Erlbacher, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Land Hessen (il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész u P. Melcher, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6017 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, Għajnuna mill-Istat N 512/2007 – il-Ġermanja, Abalon Hardwood Hessen GmbH, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra D/55056 tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Diċembru 2008, dwar il-proċedura ta’ Għajnuna mill-Istat CP 195/2007 – Abalon Hardwood Hessen GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6017 finali, tal-21 ta’ Ottubru 2008, Għajnuna mill-Istat N 512/2007 – Ġermanja, Abalon Hardwood Hessen GmbH, hija annullata sa fejn hija tiddeċiedi li l-garanziji tal-Istat mogħtija mil-Land Hessen ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Pollmeier Massivholz GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha, erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u erba’ minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Land Hessen.

4)

Il Kummissjoni hija kkundannata tbati kwint tal-ispejjeż tagħha u kwint tal-ispejjeż ta’ Pollmeier Massivholz.

5)

Il-Land Hessen huwa kkundannat ibati kwint tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 129, 6.06.2009.


Top