This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TA0015
Case T-15/09: Judgment of the General Court of 9 March 2010 — Euro-Information v OHIM (EURO AUTOMATIC CASH) (Community trade mark — Application for Community word mark EURO AUTOMATIC CASH — Absolute grounds for refusal — Lack of distinctive character — Article 7(1)(b) of Regulation (EC) No 40/94 (now Article 7(1)(b) of Regulation (EC) No 207/2009) — Distinctive character — Article 7(1)(c) of Regulation (EC) No 40/94 (now Article 7(1)(c) of Regulation (EC) No 207/2009))
Kawża T-15/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Marzu 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009) )
Kawża T-15/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Marzu 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009) )
ĠU C 113, 1.5.2010, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Marzu 2010 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC CASH)
(Kawża T-15/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC CASH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2010/C 113/69
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Novembru 2008 (Każ R 70/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EURO AUTOMATIC CASH bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Novembru 2008 (Każ R 70/2006-4) hija annullata. |
(2) |
L-UASI għandu jbati erba’ partijiet minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. |
(3) |
L-Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) għandha tbati parti minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. |
(4) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż indispensabbli sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. |