This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009FN0002
Case F-2/09: Action brought on 19 January 2009 — Menghi v ENISA
Kawża F-2/09: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Jannar 2009 — Menghi vs ENISA
Kawża F-2/09: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Jannar 2009 — Menghi vs ENISA
ĠU C 55, 7.3.2009, p. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/53 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 — Menghi vs ENISA
(Kawża F-2/09)
(2009/C 55/97)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Achille Menghi (Cagliari, l-Italja) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li ma tikkonfermax il-kuntratt tar-rikorrent wara l-perijodu ta' prova, kif ukoll talba għal kumpens għad-dannu finanzjarju u morali mġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
Jannulla d-deċiżjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg tal-14 ta' Marzu 2008 li ma tikkonfermax il-kuntratt tiegħu; |
|
— |
konsegwentement, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg tal-14 ta' Marzu 2008 li ma tikkonfermax il-kuntratt tar-rikorrent; |
|
— |
jikkundanna lill-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti tal-impjieg sabiex tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu finanzjarju mġarrab minħabba li l-kuntratt ta' impjieg tiegħu għal perijodu ta' tliet snin ma ġiex ikkonfermat, għad-dannu finanzjarju mġarrab minħabba l-ispejjeż mediċi li kellu jagħmel, għad-dannu morali mġarrab minħabba l-fastidju psikoloġiku; |
|
— |
jikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-ispejjeż. |