Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0007

    Kawża F-7/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 23 ta’ Frar 2010 — Faria vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ( “Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2006/2007 — Talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Kumpens għad-danni morali” )

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/51


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Frar 2010 — Faria vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    (Kawża F-7/09) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2006/2007 - Talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kumpens għad-danni morali”)

    2010/C 134/84

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Marie-Hélène Faria (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)

    Suġġett tal-kawża

    It-talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tad-danni subiti mir-rikorrenti.

    Dispożittiv tas-sentenza

    (1)

    Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Faria, redatt mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2006 sat-30 ta’ Settembru 2007, huwa annullat.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    L-UASI għandu jbati, barra mill-ispejjeż tiegħu, tliet kwarti mill-ispejjeż ta’ Faria.

    (4)

    Faria għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 69, 21.03.09, p. 55.


    Top