This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0434
Case C-434/09: Reference for a preliminary ruling from Supreme Court of the United Kingdom made on 5 November 2009 — Shirley McCarthy v Secretary of State for the Home Department
Kawża C-434/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fil- 5 ta’ Novembru 2009 — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department
Kawża C-434/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fil- 5 ta’ Novembru 2009 — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department
ĠU C 11, 16.1.2010, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom fil-5 ta’ Novembru 2009 — Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-434/09)
2010/C 11/30
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Shirley McCarthy.
Konvenut: Secretary of State for the Home Department.
Domandi preliminari
(1) |
Persuna li għandha ċittadinanza doppja, Irlandiża u Brittanika, u li ilha ħajjitha kollha residenti fir-Renju Unit, hija “benefiċjarj[a]” fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE (1) (iktar ’il quddiem id-“direttiva”)? |
(2) |
Tali persuna tkun “għex[et] legalment” fl-Istat Membru ospitanti fis-sens tal-Artikolu 16 tad-direttiva, f’ċirkustanzi fejn ma setgħatx tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE? |
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE