Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0393

    Kawża C-393/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repebblika Ċeka) fil- 5 ta’ Ottubru 2009 — Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany vs Ministeru tal-Kultura

    ĠU C 11, 16.1.2010, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 11/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repebblika Ċeka) fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany vs Ministeru tal-Kultura

    (Kawża C-393/09)

    2010/C 11/24

    Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Bezpečnostní softwarová asociace — Svaz softwarové ochrany

    Konvenut: Ministeru tal-Kultura

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finjiet tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur fuq programm tal-kompjuter, bħala xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur skont l-imsemmija direttiva, “espressjoni f’kull forma ta’ programm tal-kompjuter” għandha tfisser ukoll user interface grafiku ta’ programm tal-kompjuter jew parti minnu?

    (2)

    Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, xandir televiżiv li jippermetti lill-pubbliku, perċezzjoni sensorjali tal-user interface grafiku ta’ programm tal-kompjuter, jew parti minnu, għalkemm mingħajr il-possibbiltà ta’ kontroll attiv ta’ dan il-programm, huwa komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur, jew ta’ parti minnu, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (2)?


    (1)  ĠU L 122, tas-17 ta’ Mejju 1991, p. 42; edizzjoni speċjali biċ-Ċek, Kapitolu 17, Taqsima 1, p. 114.

    (2)  ĠU L 167, tat-22 ta’ Ġunju 2001, p. 10; edizzjoni speċjali biċ-Ċek, Kapitolu 17, Taqsima 1, p. 230.


    Top