This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0386
Case C-386/09: Reference for a preliminary ruling from the Cour de travail Bruxelles (Belgium) lodged on 30 September 2009 — Jhonny Briot v Randstad Interim, Sodexho SA, Council of the European Union
Kawża C-386/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Bruxelles (Il-Belġju) fit- 30 ta’ Settembru 2009 — Jhonny Briot vs Randstad Interim, Sodexho SA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-386/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Bruxelles (Il-Belġju) fit- 30 ta’ Settembru 2009 — Jhonny Briot vs Randstad Interim, Sodexho SA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 312, 19.12.2009, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Bruxelles (Il-Belġju) fit-30 ta’ Settembru 2009 — Jhonny Briot vs Randstad Interim, Sodexho SA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-386/09)
2009/C 312/29
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jhonny Briot
Konvenuti: Randstad Interim, Sodexho SA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Domandi preliminari
(1) |
Meta, fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 (1), ikun jirriżulta li l-entità ttrasferita, jiġifieri s-servizz ta’ ristorazzjoni ta’ istituzzjoni Komunitarja, kienet tagħmel użu minn numru kunsiderevoli ta’ ħaddiema temporanji bis-saħħa ta’ kuntratt-qafas konkluż ma’ diversi aġenziji ta’ xogħol temporanju, l-aġenzija ta’ xogħol temporanju, jew fin-nuqqas tagħha, l-istituzzjoni li l-ħaddiema temporanji wettqu x-xogħol tagħhom taħt il-kontroll u d-direzzjoni tagħha, għandha titqies bħala persuna li tħaddem li tagħmel it-trasferiment skont l-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva? Fil-każ fejn il-kwalità ta’ persuna li tħaddem li tagħmel it-trasferiment ma tkunx tista’ tiġi rrikonoxxuta la lill-aġenzija ta’ xogħol temporanju u lanqas lill-impriża utenti, il-ħaddiema temporanji għandhom jitqiesu li ma jibbenefikawx mill-garanziji pprovduti mid-Direttiva 2001/23? |
(2) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/23/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien definit tal-ħaddiema temporanji, minħabba t-trasferiment tal-attività li kienu ġew assenjati għaliha, jinjora l-projbizzjoni pprovduta minn din id-dispożizzjoni b’tali mod li dawn il-ħaddiema temporanji għandhom jitqiesu bħala li għadhom disponibbli għall-utent fid-data tat-trasferiment? |
(3) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23/KE, moqri, fejn possibbli, flimkien mal-Artikolu 2(2)(ċ), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq il-persuna li lilha jsir trasferiment li żżomm relazzjoni ta’ xogħol mal-ħaddiema temporanji li kienu ġew assenjati għall-attività li kienet is-suġġett tat-trasferiment jew li għandhom jitqiesu bħala li għadhom disponibbli għall-utent fid-data tat-trasferiment? Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda, l-Artikolu 3(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indefinit fil-każ fejn il-persuna li lilha jsir trasferiment mhijiex aġenzija ta’ xogħol temporanju u ma tistax tikkonkludi kuntratt ta’ xogħol temporanju? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16)