This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0379
Case C-379/09: Reference for a preliminary ruling from the Arbeidshof te Brussel (Belgium), lodged on 25 September 2009 — Maurits Casteels v British Airways plc
Kawża C-379/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (Il-Belġju) fil- 25 ta’ Settembru 2009 — Maurits Casteels vs British Airways plc
Kawża C-379/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (Il-Belġju) fil- 25 ta’ Settembru 2009 — Maurits Casteels vs British Airways plc
ĠU C 312, 19.12.2009, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (Il-Belġju) fil-25 ta’ Settembru 2009 — Maurits Casteels vs British Airways plc
(Kawża C-379/09)
2009/C 312/25
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Maurits Casteels
Konvenuta: British Airways plc
Domandi preliminari
(1) |
Fin-nuqqas ta’ azzjoni mill-Kunsill, l-Artikolu 42 KE jista’ jiġi invokat minn individwu kontra l-persuna li tħaddmu fis-settur privat fil-kuntest ta’ kawża quddiem il-qrati nazzjonali? |
(2) |
L-Artikolu 39 KE, qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 98/49/KE (1), tad-29 ta’ Ġunju 1998 (ĠU L 209, p. 46), u l-Artikolu 42, meħudin individwalment jew flimkien, jipprekludu dan li ġej: fil-każ ta’ ħaddiem li, minbarra fil-każ ta’ kollokament, ikun impjegat suċċessivament mill-istess persuna ġuridika/fiżika f’postijiet tan-negozju differenti li l-imsemmija persuna li tħaddem għandha fi Stati Membri differenti u jkun suġġett, kull darba, għal skemi ta’ pensjoni addizzjonali li jkunu fis-seħħ fl-imsemmija postijiet ta’ negozju,
|
(1) Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE, tad-29 ta’ Ġunju 1998, dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU 1998 L 209, p. 46)