Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0098

    Kawża C-98/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fis- 6 ta’ Marzu 2009 — Francesca Sorge vs Poste Italiane SpA

    ĠU C 129, 6.6.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 129/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trani (l-Italja) fis-6 ta’ Marzu 2009 — Francesca Sorge vs Poste Italiane SpA

    (Kawża C-98/09)

    2009/C 129/09

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Trani

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Francesca Sorge

    Konvenuta: Poste Italiane SpA

    Domandi preliminari

    1)

    Il-klawżola 8 tal-Ftehim Qafas li ġiet fis-seħħ permezz tad-Direttiva 1999/70/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regoli domestiċi (bħal dawk stabbiliti mill-Artikoli 11 u 1 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/2001) li, b’applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, abrogaw l-Artikolu 1(2)(b) tal-Liġi 230/1962, li kien jipprovdi li kien permess li jiġi impost limitu temporali fuq iż-żmien tal-kuntratt...meta r-reklutaġġ seħħ “sabiex jissostitwixxi ħaddiema assenti” li “żammew id-dritt għal post tagħhom, bil-kundizzjoni li fil-kuntratt għal perijodu fiss”“ingħatat informazzjoni dwar l-isem tal-ħaddiem sostitwit u r-raġunijiet għas-sostituzzjoni tiegħu”, u li ġiet sostitwita minn dispożizzjoni li ma tipprovdix iżjed l-obbligu li tingħata tali informazzjoni?

    2)

    Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-qorti nazzjonali hija marbuta li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt Komunitarju?


    (1)  ĠU 1999 L 175, p. 43.


    Top