This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0040
Case C-40/09: Reference for a preliminary ruling from VAT and Duties Tribunal, Manchester (United Kingdom) made on 29 January 2009 — Astra Zeneca UK Limited v Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
Kawża C-40/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fid- 29 ta’ Jannar 2009 – Astra Zeneca UK Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Kawża C-40/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fid- 29 ta’ Jannar 2009 – Astra Zeneca UK Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
ĠU C 90, 18.4.2009, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 90/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Jannar 2009 – Astra Zeneca UK Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-40/09)
2009/C 90/17
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
VAT and Duties Tribunal, Manchester
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Astra Zeneca UK Limited
Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domandi preliminari
1) |
Fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, meta impjegat huwa intitolat skont il-kuntratt ta’ impjieg tiegħu li jagħżel li jieħu parti mir-remunerazzjoni tiegħu bħala vawċer ta’ valur nominali, l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1) [li issa sar l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva Prinċipali fuq il-VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti ta’ dan il-vawċer lill-impjegat minn min iħaddem jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 6(2)(b) [li issa sar l-Artikolu 26(1)(b)] għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li l-għoti tal-vawċer lill-impjegat minn min iħaddem, skont il-kuntratt ta’ impjieg, għandu jitqies bħala provvista ta’ servizzi, f’ċirkustanzi fejn il-vawċer għandu jintuża mill-impjegat għar-raġunijiet privati tiegħu? |
3) |
Jekk l-għoti tal-vawċer la huwa provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas skont l-Artikolu 2(1) u lanqas ma għandu jitqies bħala provvista ta’ servizzi taħt l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 17(2) [li issa sar l-Artikolu 168] għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil min iħaddem jirkupra t-taxxa fuq il-valur miżjud li huwa ħallas meta xtara u ta l-vawċer lill-impjegat, skont il-kuntratt ta’ impjieg, f’ċirkustanzi fejn il-vawċer għandu jintuża mill-impjegat għall-raġunijiet privati tiegħu? |
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)