EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0018

Kawża C-18/09: Rikors ippreżentat fl- 14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/27


Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-18/09)

(2009/C 69/49)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson u L. Lonzano Palacios, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi żamm fis-seħħ il-Liġi 48/2003, tas-26 ta' Novembru, dwar sistema ekonomika u ta' provvista ta' servizzi tal-portijiet ta' importanza ġenerali, u b'mod partikolari l-Artikolu 24(5) u l-Artikolu 27(1), (2) u (4) tagħha, li jistabblixxu sistema ta' tnaqqis u eżenzjonijiet mit-taxxi tal-port, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dritt Komunitarju (1), u b'mod partikolari taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta' Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-liġi Spanjola tistabbilixxi sensiela ta' eżenzjonijiet u tnaqqis relati mat-taxxi tal-port. Dawn l-eżenzjonijiet u tnaqqis jikkonċernaw il-portijiet ta' oriġini u destinazzjoni tal-bastimenti, u konsegwentement l-applikazzjoni ta' tariffi iktar favorevoli, l-ewwel nett, għat-traffiku bejn arċipelagi Spanjoli jew ma' Ceuta u Melilla, it-tieni nett, għat-traffiku bejn dawn il-portijiet u l-portijiet tal-Unjoni Ewropea, u t-tielet nett, bejn il-portijiet tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, skont il-Kummissjoni, din il-leġiżlazzjoni tirriżulta diskriminatorja.

Ir-Renju ta' Spanja, li jinvoka s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tal-portijiet inkwistjoni, ma ġġustifikax il-ħtieġa u lanqas il-proporzjonalità tal-miżura. Minkejja li daħal f'impenn li jemenda l-leġiżlazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni ma tikkonstata ebda adozzjoni ta' liġi li ttemm dan il-ksur.


(1)  ĠU L 378, p. 1.


Top