Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0016

    Kawża C-16/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil- 15 ta’ Jannar 2009 – Gudrun Schwemmer vs Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen – Familienkasse

    ĠU C 90, 18.4.2009, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.4.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 90/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Jannar 2009 – Gudrun Schwemmer vs Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen – Familienkasse

    (Kawża C-16/09)

    2009/C 90/11

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gudrun Schwemmer

    Konvenut: Agentur für Arbeit Villingen-Schwenningen – Familienkasse

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjoni fl-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) skont l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972 dwar l-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 (2) hija applikabbli meta l-ġenitur intitolat għall-allowances tal-familja ma jitlobhomx fil-pajjiż tax-xogħol?

    2)

    Fil-każ li l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 1408/71 huwa applikabbli, abbażi ta’ liema premessa ta’ diskrezzjoni tista’ l-istituzzjoni responsabbli għall-allowances tal-familja fil-pajjiż ta’ residenza tapplika l-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament Nru 574/72, bħallikieku huma allowances protetti fil-pajjiż tax-xogħol? Tista’ d-diskrezzjoni li jiġi preżunt li l-għoti ta’ allowances tal-familja fil-pajjiż tax-xogħol hija ristretta meta l-ġenitur intitolat għalihom fil-pajjiż tax-xogħol intenzjonalment ma talabx l-allowances dovuti lilu, tkun ta’ preġudizzju għall-eliġibbiltà għall-allowances għat-tfal fil-pajjiż tar-residenza?


    (1)  ĠU L 149, p. 2

    (2)  ĠU L 074, p. 1


    Top