This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0015
Case C-15/09: Action brought on 12 January 2009 — Commission of the European Communities v Czech Republic
Kawża C-15/09: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
Kawża C-15/09: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/25 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-15/09)
(2009/C 69/47)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek, L. Jelínek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx dan lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 17 ta' din id-direttiva. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sitema legali nazzjonali skada fil-21 ta' Diċembru 2007
(1) ĠU L 373, p. 37.