Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0008

Kawża C-8/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/25


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-8/09)

(2009/C 69/45)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u J. Sénéchal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta' Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti rekwiżiti tekniċi relatati mad- donazzjoni, il-ksib u l-kontroll ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem (1), u f'kull każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva 2006/17/KE skada fl-1 ta' Novembru 2006. Issa, fid-data tal-preżentata ta' dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma ħax il-miżuri kollha neċessarji għat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva jew, f'kull każ, huwa kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 38, p. 40.


Top