Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0484

    Kawża C-484/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 17 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto — il-Portugall) — Manuel Carvalho Ferreira Santos vs Companhia Europeia de Seguros, S.A. ( “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 72/166/KE — Artikolu 3(1) — Direttiva 84/5/KEE — Artikolu 2(1) — Direttiva 90/232/KEE — Artikolu 1 — Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur — Kundizzjonijiet għal limitazzjoni — Kontribut għad-danni — Nuqqas ta’ tort imputabbli lis-sewwieqa — Responsabbiltà għar-riskju” )

    ĠU C 139, 7.5.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto — il-Portugall) — Manuel Carvalho Ferreira Santos vs Companhia Europeia de Seguros, S.A.

    (Kawża C-484/09) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 72/166/KE - Artikolu 3(1) - Direttiva 84/5/KEE - Artikolu 2(1) - Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Kundizzjonijiet għal limitazzjoni - Kontribut għad-danni - Nuqqas ta’ tort imputabbli lis-sewwieqa - Responsabbiltà għar-riskju)

    2011/C 139/10

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal da Relação do Porto

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Manuel Carvalho Ferreira Santos

    Konvenuta: Companhia Europeia de Seguros, S.A.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal da Relação do Porto — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p 10), tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3) u tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) — Determinazzjoni tas-sistema ta’ responsabbiltà ċivili applikabbli għall-inċidenti li jirriżultaw mill-użu ta’ vetturi bil-mutur — Kundizzjonijiet għal-limitazzjoni tad-dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja bbażata fuq il-kontribut għad-dannu ta’ wieħed mis-sewwieqa responsabbli għall-inċident — Nuqqas ta’ tort taż-żewġ sewwieqa — Responsabbiltà għar-riskju

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta ħabta bejn żewġ vetturi tikkawża danni mingħajr ma jkun jista’ jiġi imputat xi tort lis-sewwieqa, taqsam ir-responsabbiltà fir-rigward tal-imsemmija danni proporzjonalment skont il-grad ta’ kontribut ta’ kull waħda mill-vetturi għat-twettiq ta’ dawn id-danni u, fil-każ ta’ dubju dwar dan il-punt, tiffissa l-imsemmi grad ta’ kontribut b’mod ugwali.


    (1)  ĠU C 37, 13.02.2010.


    Top