EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0329

Kawża C-329/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 21 ta’ Diċembru 2011 — Iride SpA, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi ta’ servizzi pubbliċi — Eżenzjonijiet fiskali — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Locus standi — Interess ġuridiku)

ĠU C 49, 18.2.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Iride SpA, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA

(Kawża C-329/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi ta’ servizzi pubbliċi - Eżenzjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku)

2012/C 49/08

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Iride SpA, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola u T. Ubaldi, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, E. Righini u D. Grespan, aġenti), A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AMGA vs Il-Kummissjoni (T-300/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali awtorizzati mill-Italja favur impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tagħhom huma pubbliċi (ĠU L 77, p. 21).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Iride SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mat-talba tas-sostituzzjoni tal-motivi.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


Top