Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0320

    Kawża C-320/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet AEM SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skemi ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi — Eżenżjonijiet fiskali — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Locus standi — Interess ġuridiku — Artikolu 87 KE — Kunċett ta’ “għajnuna” — Artikolu 88 KE — Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” — Artikolu 10 KE — Obbligu ta’ kooperazzjoni leali — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 1 u 14 — Legalità ta’ ordni għall-irkupru — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Obbligu ta’ motivazzjoni)

    ĠU C 49, 18.2.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 49/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet AEM SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-320/09 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Skemi ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi - Eżenżjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta’ “għajnuna” - Artikolu 88 KE - Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” - Artikolu 10 KE - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta’ ordni għall-irkupru - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2012/C 49/07

    Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: A2A SpA, li kienet AEM SpA (rappreżentanti: A. Santa Maria, A. Giardina u G. Pizzonia, avutati)

    Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AEM vs Il-Kummissjoni (T-301/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-azzjonarjat tagħhom huwa fil-maġġoranza pubbliku (ĠU L 77, p. 21)

    Dispożittiv

    (1)

    L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

    (2)

    A2A SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.


    (1)  ĠU C 267, 07.11.2009


    Top