EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0318

Kawża C-318/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet ASM Brescia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku — Eżenzjonijiet fiskali — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Locus standi — Interess ġuridiku — Artikolu 87 KE — Kunċett ta’ “għajnuna” — Artikolu 88 KE — Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” — Artikolu 10 KE — Obbligu ta’ kooperazzjoni — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 1 u 14 — Legalità ta’ ordni ta’ rkupru — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Obbligu ta’ motivazzjoni)

ĠU C 49, 18.2.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet ASM Brescia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-318/09 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku - Eżenzjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta’ “għajnuna” - Artikolu 88 KE - Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” - Artikolu 10 KE - Obbligu ta’ kooperazzjoni - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta’ ordni ta’ rkupru - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 49/05

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: A2A SpA, li kienet ASM Brescia SpA (rappreżentanti: A. Santa Maria, A. Giardina, C. Croff u G. Pizzonia, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, ASM Brescia SpA vs Il-Kummissjoni (T-189/03), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet it-talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU 2003, L 77, p. 21).

Dispożittiv

(1)

L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.

(2)

A2A SpA hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fl-appell prinċipali.

(3)

Il-Kummissjoni Europea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fl-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


Top