EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0294

Kawża C-294/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2006/43/KE — Verifiki tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet ikkonsolidati — Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst — Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni” )

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-294/09) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/43/KE - Verifiki tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet ikkonsolidati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst - Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni”)

2010/C 148/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u A.-A. Gilly, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p. 87).

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx fit-terminu previst il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern intiżi sabiex tiżgura din il-konformità, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 53 tal-imsemmija direttiva.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


Top